7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/10


Artikolu 15

Il-Kummissjoni għandha tħejji proċedura li biha Stati Membri, persuni jew impriżi jkunu jistgħu jagħmlu użu minnha bħala intermedjarju ta' skambju ta' riżultati proviżorji jew finali fir-riċerka tagħhom sakemm dawn ma jkunux riżultati miksuba mill-Komunità permezz ta' kuntratti ta' riċerka mogħtija mill-Kummissjoni.

Din il-proċedura għandha tiggarantixxi n-natura kunfidenzjali ta' dan l-iskambju. Ir-riżultati kkomunikati jistgħu, b'dana kollu, jkunu trasmessi mill-Kummissjoni liċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka Nukleari għall-iskopijiet ta' dokumentazzjoni, mingħajr ma trasmissjoni bħal din tagħti xi dritt ta' użu li dwaru l-oriġinatur tal-komunikazzjoni ma jkunx ta l-kunsens tiegħu.