7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/14 |
Artikolu 22
1. Jekk il-proprjetarju tal-patenti, tal-jeddijiet provviżorjament protetti jew ta' mudelli ta' utilità u l-liċenzat jonqsu milli jiftiehmu dwar l-ammont ta' kumpens li għandu jitħallas, il-partijiet interessati jistgħu jilħqu kompromess għall-iskop li jirreferu l-materja lill-Kumitat ta' l-Arbitraġġ.
B'hekk huma jirrinunzjaw għal kull dritt ta' appell ħlief kif hemm previst fl-Artikolu 18.
2. Jekk dak li jirċievi l-liċenza jirrifjuta li jilħaq kompromess bħal dan, il-liċenza mogħtija lilu għandha tkun meqjusa li tkun nulla u bla effett.
Jekk il-proprjetarju jirrifjuta li jilħaq kompromess bħal dan, il-kumpens previst f'dan l-Artikolu għandu jkun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.