7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/17


Artikolu 26

1.   Meta l-informazzjoni tkun is-suġġett tal-patenti, applikazjoni għal patenti, jeddijiet proviżorjament protetti, mudell irreġistrat jew applikazzjoni għall-mudell irreġistrat li jkunu kklassifikati skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 24 u 25, l-Istati li jimponu ċerta gradazzjoni ma jistgħux jirrifjutaw li jħallu l-applikazzjonijiet korrispondenti li jkunu ippreżentati fl-Istati Membri l-oħra.

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura ż-żamma tas-sigurtà għal dawn il-jeddijiet u applikazzjonijiet kollha, skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħhom.

2.   L-ebda applikazzjoni ma tista' tkun ippreżentata barra mill-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-informazzjoni klassifikata skond l-Artikolu 24 ħlief bil-kunsens unanimu ta' l-Istati Membri. Jekk dawn l-Istati ma jiddikjarawx il-pożizzjoni tagħhom, il-kunsens tagħhom għandu jkun preżunt wara li jiskadi t-terminu ta' sitt xhur mid-data tal-komunikazjoni ta' l-informazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri.