7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/346


22.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 48 u l-Artikolu 79 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkunsidra li, fil-każ li abbozz ta' att leġislattiv ibbażat fuq l-Artikolu 79(2) jolqot aspetti importanti tas-sistema tas-sigurtà soċjali ta' Stat Membru, b'mod partikolari l-kamp ta' applikazzjoni, l-ispiża jew l-istruttura finanzjarja tagħha, jew jolqot l-ekwilibriju finanzjarju kif previst fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 48, l-interessi ta' l-Istati Membri ser jittieħdu in konsiderazzjoni kif dovut.