7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/347


29.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 107(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tinnota li l-Artikolu 107(2)(c) għandu jkun interpretat skond il-każistika eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet għal għajnuna mogħtija lil ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja milquta mid-diviżjoni preċedenti tal-Ġermanja.