7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/349


37.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri adottati mill-Unjoni sabiex taqdi l-obbligu tagħha ta' solidarjetà fir-rigward ta' Stat Membru li jkun suġġett għal attakk terroristiku jew ikun vittma ta' diżastru naturali jew ikkaġunat mill-bniedem, l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 222 ma hija maħsuba li tirrestrinġi d-dritt ta' Stat Membru ieħor li jagħżel il-mezzi l-aktar xierqa sabiex jaqdi l-obbligu tiegħu ta' solidarjetà fir-rigward ta' dak l-Istat Membru.