MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/303


PROTOKOLL (Nru 23)

DWAR IR-RELAZZJONIJIET ESTERNI TA' L-ISTATI MEMBRI F’DAK LI GĦANDU X’JAQSAM MAL-QSIM TAL-FRUNTIERI ESTERNI

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JIEĦDU KONT tal-ħtiġijiet ta' l-Istati Membri li jassiguraw il-kontrolli effettivi mal-fruntieri esterni tagħhom, b’koperazzjoni ma' pajjiżi terzi skond kif ikun xieraq,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Id-dispożizzjonijiet dwar il-miżuri dwar il-qsim ta' fruntieri esterni inklużi fl-Artikolu 77(2) punt b) tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta’ Stati Membri li jinnegozjaw jew li jikkonkludu ftehim ma' pajjiżi terzi sakemm dawn jirrispettaw il-liġi ta' l-Unjoni u ftehim ieħor internazzjonali relevanti.