MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/306


PROTOKOLL (Nru 25)

DWAR L-EŻERĊIZZJU TA' KOMPETENZI KONDIVIŻI

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu uniku

B'referenza għall-Artikolu 2(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea dwar kompetenzi kondiviżi, meta l-Unjoni tkun ħadet azzjoni f'ċertu qasam, il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-eżerċizzju ta' kompetenza jkopri biss dawk l-elementi regolati mill-att ta' l-Unjoni konċernat u għalhekk ma jkoprix il-qasam kollu.