20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Il-Latvja) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – DW

(Kawża C-651/16)

(2017/C 086/13)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DW

Konvenuta: Valsts sociālās apdrošināšanas aģentūra

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 45(1) u (2) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jawtorizzaw leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma teskludix mill-perijodu ta’ 12-il xahar li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi kkalkulata l-bażi medja ta’ kontribuzzjoni li tintuża sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tal-allowance tal-maternità, ix-xhur li matulhom persuna ħadmet f’istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea u kienet koperta mill-iskema komuni ta’ assigurazzjoni tal-Komunità Ewropea, iżda li, billi tqis li matul dan il-perijodu l-persuna ma kinitx koperta mis-sigurtà soċjali Latvjana, tekwivali d-dħul tagħha għall-bażi medja ta’ kontribuzzjoni fl-Istat, fatt li jista’ jnaqqas b’mod sostanzjali l-ammont tal-allowance tal-maternità riċveuta minnha meta mqabbel mal-ammont possibbli tal-allowance li hija setgħet tikseb li kieku, matul il-perijodu tal-kalkolu, hija ma kinitx daħlet taħdem f’istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea iżda kienet taħdem fil-Latvja?