21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria regionale per il Friuli Venezia Giulia (l-Italja) fit-23 ta’ Awwissu 2022 – Ferriere Nord SpA et vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, Agenzia delle entrate – Riscossione

(Kawża C-560/22)

(2022/C 441/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria regionale per il Friuli Venezia Giulia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ferriere Nord SpA, SIAT – Società Italiana Acciai Trafilati SpA, Acciaierie di Verona SpA

Konvenut: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, Agenzia delle entrate – Riscossione

Domanda preliminari

L-Artikolu 5-bis tad-Digriet-liġi Nru 1 tal-24 ta’ Jannar 2012, (kif emendat bil-Liġi Nru 27 ta’ konverżjoni tal-24 ta’ Marzu 2012) – li żied mal-Artikolu 10 tal-Liġi 287/1990 [il-]paragrafi 7-ter u 7-quater – skont liema l-attività istituzzjonali tal-Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato hija esklużivament iffinanzjata minn “kontribuzzjoni” imposta unikament fuq kumpanniji b’kapital azzjonarju (Taljani jew barranin fl-ipoteżi li jkollhom fl-Italja stabbilimenti sekondarji permanenti suġġetti għall-obbligu ta’ reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kumpanniji) bi dħul totali superjuri għal EUR 50 miljun u li għalhekk ma taffettwax b’mod ekwu u proporzjonat lis-suġġetti kollha li joperaw fis-suq, li jibbenefikaw mill-attività tal-imsemmija awtorità (l-istess bħall-konsumaturi), jista’ jiġi interpretat b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari:

l-Artikolu 4(3) TUE (prinċipju ta’ koperazzjoni leali);

il-prinċipji li huwa bbażat fuqhom is-suq intern (inklużi d-dritt ta’ stabbiliment u l-moviment liberu tal-kapital);

l-Artikoli 101, 102 u 103 TFUE;

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1) (li saru l-Artikolu 101 u 102 TFUE);

id-Direttiva (UE) 2019/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw setgħat biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern (2) (b’mod partikolari, il-premessi 1, 6, 8, 17, 26, l-Artikolu 1(1), l-Artikolu 2(10) u l-Artikolu 5(1);

moqri fid-dawl tal-Artikolu 17(1) (dritt għall-proprjetà), l-Artikolu 20 (ugwaljanza f’għajnejn il-liġi), l-Artikolu 21(1) (non-diskriminazzjoni), l-Artikolu 52(1) (prinċipju ta’ proporzjonalità) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

u għalhekk, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 5-bis, Digriet-liġi tal-24 ta’ Jannar 2012, Nru 1 (kif emendat bil-Liġi ta’ konverżjoni tal-24 ta’ Marzu 2012, Nru 27) – li żiedet mal-Artikolu 10 tal-Liġi 287/1990 il-paragrafi 7-ter u 7-quater, tmur kontra d-dritt tal-Unjoni fit-termini msemmija iktar ’il fuq?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205.

(2)  ĠU 2019, L 11, p. 3