ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 184

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
14 ta' Lulju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 824/2007 tal-10 ta’ Lulju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għal ċerti prodotti tal-ħut matul il-perjodu 2007-2009 ( 1 )

1

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni u l-Kunsill

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 825/2007 tat-13 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

6

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2007 tat-13 ta’ Lulju 2007 dwar il-35 sejħa speċjali għall-offerti fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1898/2005, Kapitolu II

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 827/2007 tat-13 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta' Lulju 2007

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2007 tat-13 ta’ Lulju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti u proviżorja ta’ ċerti addittivi fl-għalf ( 1 )

12

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet ta’ l-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati

17

 

*

Direttiva 2007/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar ir-retrofitting ta’ mirja fuq vetturi tqal tal-merkanzija reġistrati fil-Komunità

25

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/496/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3327)  ( 1 )

29

 

 

Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2007/497/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi r-Regoli dwar l-Akkwisti (BĊE/2007/5)

34

 

 

 

*

Avviż lil qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

14.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 184/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 824/2007

tal-10 ta’ Lulju 2007

li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għal ċerti prodotti tal-ħut matul il-perjodu 2007-2009

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-provvista mill-Komunità ta' ċerti prodotti tas-sajd bħalissa tiddependi fuq importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Huwa fl-interess tal-Komunità li tissospendi parzjalment jew kompletament id-dazji doganali għal dawk il-prodotti, fil-kwoti tat-tariffi Komunitarji ta' volum xieraq. Sabiex ma jitqegħdux fil-periklu l-prospetti ta' l-iżvilupp ta' dawk il-prodotti fil-Komunità, filwaqt li tiġi żgurata provvista adegwata biex tissodisfa l-industriji utenti, dawn il-kwoti għandhom jinfetħu, u jiġu applikati dazji doganali varjabbli skond is-sensittività tal-prodott imsemmi fis-suq Komunitarju.

(2)

Aċċess ugwali u bla interruzzjoni għal dawk il-kwoti għandu jiġi żgurat għall-importaturi kollha Komunitarji u r-rati stabbiliti għall-kwoti għandhom jiġu applikati mingħajr interruzzjoni għall-importazzjoni kollha tal-prodotti kkonċernati fl-Istati Membri sakemm il-kwoti jkunu ntużaw.

(3)

Biex tiġi żgurata l-effiċjenza ta' amministrazzjoni komuni tal-kwoti, l-Istati Membri għandhom jingħataw permess li jiġbdu mill-ammont tal-kwota l-kwantitajiet neċessarji li jikkorrispondu ma' l-importazzjoni attwali tagħhom. Peress li dak il-metodu ta' amministrazzjoni jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, din ta' l-aħħar għandha b'mod partikolari tkun tista' tikkontrolla r-rati li bihom jintużaw il-kwoti u għandha tinforma l-Istati Membri b'dan.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) jipprovdi għall-sistema ta' amministrazzjoni tal-kwota tat-tariffa li ssegwi l-ordni kronoloġika tad-dati ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Il-kwoti tat-tariffa miftuħa b'dan ir-Regolament għandhom jiġu amministrati mill-Kommissjoni u mill-Istati Membri skond dik is-sistema.

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 379/2004 ta' l-24 ta’ Frar 2004 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi Komunitarji awtonomi għal ċerti prodotti tas-sajd (2) għall-perjodu 2004 – 2006, skada fil-31 ta’ Diċcembru 2006. L-ebda kwoti tat-tariffi ma kienu disponibbli għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, peress li l-kwoti kollha miftuħa minn dan ir-Regolament huma soġġetti għal kundizzjonijiet dwar l-użu aħħari sabiex jibbenefikaw minn trattament tariffarju favorevoli, l-implimentazzjoni retroattiva ta' dan ir-Regolament mhix possibbli. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata ċerta kontinwità mas-sistema tal-kwoti preċedenti, għandu jiġi previst reġim suċċessiv, li jippermetti l-għoti ta' tnaqqis fuq id-dazji ta' l-importazzjoni għall-prodotti tas-sajd li jkunu ġew irrilaxxati f'ċirkolazzjoni libera bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Dan ir-reġim ġdid għandu jqis kif jixraq il-kundizzjonijiet għall-użu aħħari u l-kwantitajiet disponibbli tal-kwoti speċifiċi.

(6)

Tenut kont ta' l-urġenza tal-kwistjoni, huwa importanti li tingħata eċċezzjoni għall-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 1(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazji ta' l-importazzjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Anness għandhom jiġu sospiżi, fil-limiti tal-kwoti tat-tariffi, għar-rati għall-perjodi u sa l-ammonti indikati hemmhekk.

2.   L-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness għandha tkun koperta bil-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 biss jekk il-valur tad-dwana ddikjarat huwa ta' l-inqas daqs il-prezz ta' referenza ffissat jew li għandu jiġi ffissat skond l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċcembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (3).

Artikolu 2

Il-kwoti tat-tariffi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri u għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw illi dan ir-Regolament jiġi mħares.

Artikolu 4

1.   Id-dazji ta' l-importazzjoni għall-prodotti tal-ħut irrilaxxati f'ċirkolazzjoni libera bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u s-17 ta’ Lulju 2007 li jaqgħu fl-ambitu tal-prodott ta' waħda mill-kwoti tariffarji elenkati fl-Anness, jistgħu jitnaqqsu fuq talba tad-dikjarant skond ir-rati tad-dazju stabbiliti fih.

2.   It-talba għandha tiġi sottomessa l-iktar tard, l-14 ta’ Awwissu 2007 lill-uffiċċju doganali inkarigat mir-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera tal-prodott ikkonċernat, b'indikazzjoni tal-kwota kkonċernata. Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumentazzjoni rilevanti kollha li tagħti prova li l-prodott impurtat jaqa' fl-ambitu tal-kwota li kien użat, jew se jintuża skond il-kundizzjonijiet ta' l-użu aħħari stabbiliti fl-Anness għall-kwota tariffarja kkonċernata.

3.   Dan l-Artikolu għandu japplika biss meta l-bilanċ tal-kwota tariffarja rilevanti tippermetti dan fid-data ta' l-aċċettazzjoni tat-talba ġġustifikata kif jixraq. L-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

(2)  ĠU L 64, 2.3.2004, p. 7. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1723/2006 (ĠU L 324, 23.11.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 1759/2006 (ĠU L 335, 1.12.2006, p. 3).


ANNESS

Nru ta' l-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

Il-Kodiċi tat-TARIC

Deskrizzjoni

Ammont annwali tal-kwota (tunnellati)

Kwota

Il-perjodu tal-kwota

09.2759

ex 0302 50 10

20

Merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus), eskluż il-fwied u l-bajd, frisk, imkessaħ jew iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

80 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0302 50 90

10

ex 0303 52 10

10

ex 0303 52 30

10

ex 0303 52 90

10

09.2765

ex 0305 62 00

20

25

29

Merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ħut ta' l-ispeċi Boreogadus saida, immellaħ jew fis-salmura, iżda mhux imnixxef jew iffumikat, għall-ipproċessar (1)  (2)

10 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0305 69 10

10

09.2761

ex 0304 29 91

10

Blue grenadier (Macruronus spp.), flettijiet iffriżati u laħam ieħor, għall-ipproċessar (1)  (2)

20 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0304 29 99

41

81

ex 0304 99 99

60

81

09.2760

ex 0303 78 11

10

Marlozz (Merluccius spp. excluding Merluccius merluccius, Urophycis spp.), u Pink cusk-eel (Genypterus blacodes), iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

15 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0303 78 12

10

ex 0303 78 13

10

ex 0303 78 19

11

81

ex 0303 78 90

10

ex 0303 79 93

10

09.2766

ex 0304 29 99

71

Stokkafixx tan-Nofsinhar (Macruronus spp.), flettijiet iffriżati u laħam ieħor, għall-ipproċessar (1)  (2)

2 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0304 99 99

91

09.2770

ex 0305 63 00

10

Inċova (Engraulis anchoita), immellħa jew fis-salmura, iżda mhux imnixxfa jew iffumigata, għall-ipproċessar (1)  (2)

10 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

09.2788

ex 0302 40 00

10

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), b'piż ħaj ta' aktar minn 100 g kull biċċa jew qatgħa, ta' piż li jaqbeż it-80 g kull biċċa, għajr fwied u bajd, għall-ipproċessar (1)  (2)

20 000

0  %

1.10.2007 – 31.12.2007

ex 0303 51 00

10

1.10.2008 – 31.12.2008

ex 0304 19 97

10

1.10.2009 – 31.12.2009

ex 0304 99 23

10

09.2792

ex 1604 12 99

10

Aringi, imħawra u/jew ippriżervati fil-ħall, fis-salmura, ippriżervati fil-btieti ta' għallinqas piż mingħajr ilma nett ta' 70 kg, għall-ipproċessar (1)  (2)

10 000

6  %

1.1.2007 – 31.12.2009

09.2790

ex 1604 14 16

20

Flettijiet magħrufa bħala “loins” tat-tonn u tal-palamit, għall-ipproċessar (1)  (2)

8 000

6  %

1.1.2007 – 31.12.2007

30

9 000

6  %

1.1.2008 – 31.12.2008

95

10 000

6  %

1.1.2009 – 31.12.2009

09.2762

ex 0306 11 10

10

Awwist u awwist tax-xewk tal-baħar (Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.), iffriżati, għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

1 500

6  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0306 11 90

10

09.2794

ex 1605 20 10

50

Gambli u gambli kbar ta' l-ispeċi Pandalus borealis imsajra u mqaxxra, għall-ipproċessar (1)  (2)  (4)

20 000

6  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 1605 20 99

45

09.2785

ex 0307 49 59

10

Tubi ta' klamari (Ommastrephes spp. — minbarra Ommastrephes sagittatus —, Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżati bil-ġilda u bil-pinen, għall-ipproċessar (1)  (2)

45 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0307 99 11

10

09.2786

ex 0307 49 59

20

Klamari (Ommastrephes spp. — minbarra Ommastrephes sagittatus —, Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżati sħaħ, jew tentakli u pinen, għall-ipproċessar (1)  (2)

1 500

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0307 99 11

20

09.2772

ex 0304 99 10

10

Surimi, iffriżati, għall-ipproċessar (1)  (2)

55 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

09.2774

ex 0304 29 58

10

Marlozz (Merluccius productus), flettijiet iffriżati, għall-ipproċessar (1)  (2)

15 000

4  %

1.1.2007 – 31.12.2009

09.2776

ex 0304 29 21

10

Merluzz, (Gadus morhua, Gadus macrocephalus), flettijiet iffriżati u laħam, għall-ipproċessar (1)  (2)

20 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0304 29 29

20

ex 0304 99 31

10

ex 0304 99 33

10

09.2778

ex 0304 29 99

65

Lingwata, flettijiet iffriżati u laħam ieħor tal-ħut iffriżat, (Limanda aspera, Lepidopsetta bilineata, Pleuronectes quadrituberculatus) għall-ipproċessar (1)  (2)

5 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0304 99 99

65


(1)  L-Entrata taħt din is-subintestatura hija suġġetta għal kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet Komunitarji rilevanti (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93).

(2)  Din il-kwota hija disponibbli għal prodotti maħsuba għal kwalunkwe operazzjoni, sakemm mhux esklussivament għal operazzjoni waħda minn dawn jew aktar:

tindif, tneħħija tal-ġewwieni, qtugħ tad-dnub, qtugħ ta' l-irjus,

tqattigħ (għajr tqattigħ f'biċċiet żgħar, filettjar, il-produzzjoni ta' fleps, tqattigħ ta' blokki ffriżati jew qsim ta' blokki ta' flettijiet bil-friża fuljata bejniethom),

it-teħid ta' kampjuni, l-għażla,

tikkettar;

ippakkjar,

tkessiħ,

iffriżar,

iffriżar qawwi,

tneħħija tal-friża, separazzjoni.

Il-kwota mhix disponibbli għal prodotti maħsuba, barra minn hekk, għal trattament (jew operazzjonijiet) li jikkonferixxi/u intitolament għal kwota, fejn tali trattament (jew operazzjonijiet) isir(u) fuq il-livell tal-bejgħ bl-imnut jew tal-catering. It-tnaqqis fid-dazji tad-dwana għandhom japplikaw biss għall-ħut maħsub għall-konsum mill-bniedem.

(3)  Prodotti taħt il-kodiċijiet NM 0306111010 u 0306119010, madankollu, jikkwalifikaw għall-kwota jekk jgħaddu minn operazzjoni waħda, jew it-tnejn li huma, minn dawn li ġejjin:

il-qsim min-nofs ta' l-awwist iffriżat,

trattament bis-sħana għall-awwist iffriżat sabiex ikun jista' jitneħħa l-ħmieġ mill-intern.

(4)  Prodotti taħt il-kodiċijiet NM 1605201050 u 1605209945, madankollu, jikkwalifikaw għall-kwota jekk jgħaddu mill-operazzjoni li jmiss:

trattament b'gassijiet ta' l-imballaġġ għall-gambli u l-gambli kbar kif definit fid-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 1995 dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu ħlewwa (ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/52/KE (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10).).


DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI U L-KUNSILL

Il-Kummissjoni u l-Kunsill jerġgħu jiddikjaraw li l-prattika tal-glazing għandha tkun assoċjata ma' l-iffriżar tal-prodott u għalhekk mhux neċessarjament tikkostitwixxi operazzjoni ta' proċessar li tagħti d-dritt għal kwota fis-sens tan-nota ta' qiegħ il-paġna (b).


14.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 184/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 825/2007

tat-13 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

48,1

TR

83,4

XS

23,6

ZZ

51,7

0707 00 05

TR

114,3

ZZ

114,3

0709 90 70

TR

88,7

ZZ

88,7

0805 50 10

AR

52,7

UY

55,7

ZA

57,0

ZZ

55,1

0808 10 80

AR

87,5

BR

83,0

CL

88,0

CN

100,8

NZ

102,2

US

108,3

UY

60,7

ZA

87,8

ZZ

89,8

0808 20 50

AR

82,8

CL

86,0

NZ

144,9

ZA

119,4

ZZ

108,3

0809 10 00

TR

192,1

ZZ

192,1

0809 20 95

TR

294,0

US

359,1

ZZ

326,6

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

152,4

ZZ

152,4

0809 40 05

IL

128,3

ZZ

128,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


14.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 184/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 826/2007

tat-13 ta’ Lulju 2007

dwar il-35 sejħa speċjali għall-offerti fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1898/2005, Kapitolu II

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità ma' l-Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta' Novembru 2005 li jistipula r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (2), l-organizzazzjonijiet ta' intervent qed jiftħu sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ ta' ċerti kwantitajiet ta' butir ta' intervent miżmuma minnhom u għall-għoti ta' l-għajnuna għall-krema, għall-butir u għall-butir konċentrat. L-Artikolu 25 tar-Regolament imsemmi jistipula li filwaqt li jitqiesu l-offerti li jsiru għal kull sejħa partikolari, għandu jiġi ffissat prezz minimu għall-bejgħ tal-butir, kif ukoll l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir konċentrat abbażi tad-distinzjoni bejniethom rigward id-destinazzjoni tagħhom, il-kontenut ta’ xaħam tal-butir u kif ukoll l-aħħar użu maħsub għalih. L-ammont tal-garanzija għall-ipproċessar imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 għalhekk għandu jiġi stipulat.

(2)

Fuq il-bażi ta’ l-eżami ta’ l-offerti rċevuti, il-proċedura ta’ l-appalt m’għandhiex issir.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għal-35 sejħa individwali għall-offerti fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 Kapitolu II, il-proċedura ta’ l-appalt m’għandhiex issir.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2107/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 20).


14.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 184/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 827/2007

tat-13 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta' Lulju 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tal-kunsill fir-rigward ta' dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkunċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti msemmija hawn fuq kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

L-artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ippreċiża kif jinħadem il-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, Dan huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilita skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 ta' l-imsemmi regolament.

(4)

Huwa xieraq li d-dazji ta' l-importazzjoni japplikaw għall-perjodu mis-16 ta’ Lulju 2007 u għandhom japplikaw sa meta jiġu stabbiliti u jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Lulju 2007 d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-16 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 13 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996 p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).


ANNESS I

Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli mis-16 ta’ Lulju 2007

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

13,96

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

13,96

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

29.6.2007-12.7.2007

1.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (*)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (**)

Qamħ iebes kwalità baxxa (***)

Xgħir

Borża

Minneapolis

Chicago

Kwotazzjoni

180,35

96,77

Prezz FOB USA

191,58

181,58

161,58

154,83

Tariffa fuq il-Golf

14,82

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

10,10

2.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

36,47  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

32,62  EUR/t


(*)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(**)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(***)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


14.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 184/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 828/2007

tat-13 ta’ Lulju 2007

dwar l-awtorizzazzjoni permanenti u proviżorja ta’ ċerti addittivi fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3, 9d(1) u 9e(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri tranżitorji għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ta’ l-għalf mibgħuta skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi elenkati fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Kummenti tal-bidu dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għalhekk għandhom jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta xylanase prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (MUCL 39203) ġie awtorizzat provviżorjament għall-ewwel darba, għat-tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 (3). Ġiet ippreżentata data ġdida b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni għat-tiġieġ għat-tismin. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni, kif speċifikat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(6)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta xylanase prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 135) ġie awtorizzat provviżorjament għall-ewwel darba għal dundjani għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/2000 (4). Ġiet ippreżentata data ġdida b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni għad-dundjani. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni, kif speċifikat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(7)

Ġiet ippreżentata data b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għal erba’ snin tal-preparazzjoni Astaxanthin-rich Phaffia rhodozyma (ATCC SD-5340) għas-salamun u għat-troti. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) esprimiet l-opinjoni tagħha dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni fil-25 ta’ Jannar 2006. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni, kif speċifikat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun awtorizzat provviżorjament għal erba’ snin.

(8)

Il-valutazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom jintalbu sabiex il-ħaddiema jkunu mħarsa mill-espożizzjoni għall-addittivi li jidhru fl-Annessi. Dan il-ħarsien għandu jkun żgurat permezz ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex iħeġġu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (5).

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enzimi”, kif speċifikat fl-Anness I, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enzimi”, kif speċifikat fl-Anness II, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 3

Il-preparazzjoni li hija parti mill-grupp “Koloranti, inklużi pigmenti”, kif speċifikat fl-Anness III, hija awtorizzata provviżorjament għal erba’ snin bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(3)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 15.

(4)  ĠU L 155, 28.6.2000, p. 15.

(5)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21).


ANNESS I

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enzimi

E 1641

Endo-1,4-beta xylanase

EC 3.2.1.8

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta xylanase prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (MUCL 39203) li għandha attività minima ta’:

 

Forma solida: 1 500 AXC/g (1)

 

Forma likwida: 200 AXC/ml

Tiġieġ għat-tismin

55 AXC

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura għall-ħażna, il-perjodu ta’ ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kilogramm ta’ għalf sħiħ: 55-100 AXC.

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira arabinoxylans), eż. li fihom aktar minn 50 % qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien


(1)  1 AXC huwa l-ammont ta' enzimi li jillibera 17,2 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalenti ta' maltożju) minn Xylan tal-ħafur fil-minuta f' pH ta' 4,7 u 30 °C.


ANNESS II

Nru

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enzimi

E 1617

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta xylanase prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 135) li għandha attività minima ta’:

 

Forma solida: 6 000 EPU/g (1)

 

Forma likwida: 6 000 EPU/ml

Dundjani għat-tismin

1 050 EPU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura għall-ħażna, il-perjodu ta’ ħażna u l-istabbilità għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ: 1 050 -3 000 EPU.

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira arabinoxylans), eż. li fihom aktar minn 40 % qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien


(1)  1 EPU huwa l-ammont ta’ enzimi li jillibera 0,0083 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalenti ta’ ksilożju) minn xylan tal-ħafur fil-minuta f’pH ta’ 4.7 u 30 °C.


ANNESS III

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg /kg ta’ għalf sħiħ

Koloranti, inklużi l-pigmenti

E 161y

Astaxanthin-rich

Phaffia rhodozyma

(ATCC SD-5340)

Bijomassa konċentrata tal-ħmira Phaffia rhodozyma (ATCC SD-5340), maqtula, u fiha għall-inqas 10.0 g astaxanthin għal kull kilogramm ta’ addittiv.

Salamun

100

Il-kontenut massimu huwa espress bħala astaxanthin.

L-użu huwa permess biss mill-età ta’ sitt xhur 'il quddiem.

It-taħlita ta’ l-addittiv mal-canthaxanthin hija permessa sakemm il-konċentrazzjoni totali ta’ astaxanthin u canthaxanthin ma taqbiżx il-100 mg/kg fl-għalf sħiħ.

3 ta’ Awwissu 2011

Trota

100


DIRETTIVI

14.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 184/17


DIRETTIVA 2007/36/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Lulju 2007

dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet ta’ l-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikoli 44 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Mejju 2003, imsejħa “Il-Modernizzazzjoni tal-Liġi tal-Kumpaniji u t-Titjib tat-Tmexxija tal-Kumpaniji fl-Unjoni Ewropea – Pjan biex Nimxu ‘l Quddiem”, il-Kummissjoni indikat li b’urġenza għandhom jittieħdu inizjattivi ġodda apposta bl-iskop li jtejbu d-drittijiet ta’ l-azzjonisti f’kumpaniji kkwotati u jissolvew problemi li għandhom x’jaqsmu mal-votazzjoni transkonfinali.

(2)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ April 2004 (3), il-Parlament Ewropew esprima l-appoġġ tiegħu għall-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssaħħaħ id-drittijiet ta’ l-azzjonisti, partikolarment permezz ta’ l-estensjoni tar-regoli dwar it-trasparenza, id-dritt tal-vot bi prokura, il-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni fil-laqgħat ġenerali permezz ta’ mezzi elettroniċi u l-aċċertament li jkun jista’ jiġi eżerċitat id-dritt tal-vot b’mod transkonfinali.

(3)

Id-detenturi ta’ ishma li jagħtu d-drittijiet tal-vot għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet peress illi dawn huma riflessi fil-prezz li jkollu jitħallas għall-akkwist ta’ l-ishma. Barra minn hekk, il-kontroll effettiv ta’ l-azzjonist huwa pre-rekwiżit għal tmexxija tal-kumpanija soda u għalhekk għandu jkun faċilitat u mħeġġeġ. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri għal dan il-għan. Għandhom jitneħħew l-ostakli li jżommu lill-azzjonisti milli jivvutaw, bħalma hu li l-eżerċizzju ta’ drittijiet tal-vot ikunu suġġetti għall-ibblukkar ta’ l-ishma waqt ċertu perijodu qabel il-laqgħa ġenerali. Madankollu, din id-Direttiva ma taffettwax il-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti dwar unitajiet maħruġa minn impriżi ta’ investiment kollettivi jew dwar unitajiet akkwistati jew imneħħija f’impriżi bħal dawn.

(4)

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti mhix biżżejjed biex jintlaħaq dan l-għan. Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (4) timponi obbligu fuq l-emittenti biex jagħmlu disponibbli ċertu informazzjoni u dokumenti rilevanti għal-laqgħat ġenerali, iżda din l-informazzjoni u dawn id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli fl-Istat Membru ta’ l-emittent. Barra dan, id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar l-ammissjoni ta’ titoli għall-kwotazzjoni tal-kambju uffiċjali u dwar informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata fuq dawn it-titoli (5) tiffoka fuq l-informazzjoni li l-emittenti għandhom jiżvelaw lis-suq u għaldaqstant ma tittrattax mal-proċess tal-vot ta’ l-azzjonist innifsu. Għaldaqstant, ċerti standards minimi għandhom jiġu introdotti bil-ħsieb li jħarsu l-investituri u li jippromwovu l-eżerċizzju mingħajr xkiel u effettiv tad-drittijiet ta’ l-azzjonisti marbuta ma’ ishma ta’ votazzjoni. Fir-rigward ta’ drittijiet minbarra d-dritt tal-vot, l-Istati Membri huma ħielsa li jestendu l-applikazzjoni ta’ dawn l-istandards minimi għal ishma mingħajr vot, sakemm dawn l-ishma mhux diġà jgawdu minn dawn l-istandards.

(5)

Proporzjonijiet sinifikattivi ta’ ishma f’kumpaniji kkwotati huma miżmuma minn azzjonisti li mhumiex residenti fl-Istat Membru fejn il-kumpanija għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha. L-azzjonisti mhux residenti għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-laqgħa ġenerali faċilment daqs azzjonisti li r-residenza tagħhom hija fl-Istat Membru fejn il-kumpanija jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha. Dan jeħtieġ li jitneħħew l-ostakli eżistenti li jxekklu l-aċċess ta’ azzjonisti mhux residenti għall-informazzjoni rilevanti għal-laqgħa ġenerali u għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot mingħajr ma jattendu fiżikament għal-laqgħa ġenerali. It-tneħħija ta’ dawn l-ostakli għandha tkun ta’ benefiċċju wkoll għall-azzjonisti residenti li ma jattendux, jew li ma jistgħux jattendu, il-laqgħa ġenerali.

(6)

L-azzjonisti għandhom ikunu jistgħu jitfgħu voti infurmati fil-laqgħa ġenerali, jew qabilha, irrispettivament minn fejn għandhom ir-residenza tagħhom. L-azzjonisti kollha għandu jkollhom biżżejjed żmien biex jikkunsidraw id-dokumenti maħsuba li jiġu ppreżentati fil-laqgħa ġenerali u biex jiddeterminaw il-mod kif ser jivvutaw l-ishma tagħhom. Għal dan l-għan, għandu jingħata avviż biżżejjed qabel dwar il-laqgħa ġenerali u l-azzjonisti għandhom jingħataw l-informazzjoni kompluta li tkun ser tiġi ppreżentata fil-laqgħa ġenerali. Il-possibilitajiet li joffru t-teknoloġiji moderni sabiex l-informazzjoni tkun aċċessibbli minnufih għandhom jiġu sfruttati. Din id-Direttiva tassumi li l-kumpaniji kkwotati kollha diġà għandhom sit ta’ l-Internet.

(7)

Bħala prinċipju l-azzjonisti għandu jkollhom il-possibilità li jpoġġu punti fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali u li jressqu abbozz ta’ riżoluzzjoni għal punti fuq l-aġenda. Mingħajr ħsara għall-perijodi u l-modalitajiet differenti li attwalment jintużaw fil-Komunità kollha, l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet għandu jkun suġġett għal żewġ regoli bażiċi, jiġifieri li kull limitu massimu meħtieġ għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet ma għandux ikun ogħla minn 5 % tal-kapital azzjonarju tal-kumpanija u li kull azzjonista għandu dejjem jirċievi l-verżjoni finali ta’ l-aġenda kmieni biżżejjed sabiex jipprepara għad-diskussjoni u għall-votazzjoni fuq kull punt fl-aġenda.

(8)

Bħala prinċipju, kull azzjonist għandu jkollu l-possibiltà li jagħmel mistoqsijiet relatati ma’ punti fl-aġenda tal-laqgħa ġenerali u li jingħata tweġiba, filwaqt li r-regoli dwar kif u meta dawn il-mistoqsijiet jistgħu jsiru u jkunu mwieġba għandu jitħalla fid-diskrezzjoni ta’ l-Istati Membri.

(9)

Il-kumpanniji ma għandhomx jiffaċċjaw l-ebda xkiel legali biex joffru lill-azzjonisti tagħhom kwalunkwe mezz ta’ parteċipazzjoni elettronika fil-laqgħa ġenerali. Votazzjoni mingħajr ma wieħed jattendi l-laqgħa ġenerali fiżikament, kemm jekk b’korrispondenza jew b’mezzi elettroniċi, ma għandhiex tkun suġġetta għal limitazzjonijiet lilhinn minn dawk meħtieġa għall-verifika ta’ l-identità u għas-sigurtà tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Madankollu, dan ma għandux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jadottaw regoli li l-għan tagħhom huwa li jiżguraw li r-riżultati tal-votazzjoni jirriflettu l-intenzjonijiet ta’ l-azzjonisti f’kull ċirkustanza, inklużi r-regoli bil-għan li jindirizzaw sitwazzjonijiet fejn jinħolqu jew isiru magħrufa ċirkostanzi ġodda wara li azzjonist ikun tefa’ l-vot tiegħu permezz ta’ korrispondenza jew b’mezzi elettroniċi.

(10)

Governanza tal-kumpanija tajba teħtieġ proċess ta’ votazzjoni permezz ta’ prokura li jkun mingħajr xkiel u effettiv. Għalhekk għandhom jitneħħew il-limitazzjonijiet eżistenti li jagħmlu l-votazzjoni permezz ta’ prokura ingombranti u għalja. Iżda governanza tal-kumpanija tajba teħtieġ ukoll salvagwardji xierqa kontra l-possibbiltà ta’ abbuż mill-votazzjonijiet permezz ta’ prokura. Għalhekk, il-prokuratur għandu jkun marbut li josserva kwalunkwe istruzzjoni li huwa seta’ rċieva mill-azzjonist u l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jintroduċu miżuri xierqa biex jiġi żgurat li l-prokuratur ma jfittixx interessi oħra għajr dawk ta’ l-azzjonist, tkun xi tkun ir-raġuni li qajmet il-kunflitt ta’ l-interessi. Miżuri kontra l-possibbiltà ta’ abbuż jistgħu, b’mod partikolari, jikkonsistu minn sistemi li l-Istati Membri jistgħu jadottaw sabiex jirregolaw l-attività ta’ persuni li jieħdu sehem b’mod attiv fil-ġbir ta’ prokuri jew li fil-fatt ġabru iżjed minn ċertu numru sinifikanti ta’ prokuri, l-aktar biex jiġi żgurat livell adegwat ta’ affidabilità u trasparenza. L-azzjonisti għandhom dritt sħiħ taħt din id-Direttiva li jaħtru persuni bħal dawn bħala prokuraturi biex jattendu u jivvotaw fil-laqgħat ġenerali f’isimhom. Madankollu, din id-Direttiva ma taffetwa l-ebda regola jew sanzjoni li l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq persuni bħal dawn fejn il-voti jkunu mitfugħin permezz ta’ użu qarrieqi tal-prokuri miġbura. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma timponi l-ebda obbligu fuq il-kumpanniji biex jivverifikaw li l-prokuraturi jitfgħu l-voti skond l-istruzzjonijiet ta’ votazzjoni ta’ l-azzjonisti li jkunu ħatruhom.

(11)

Meta jkun hemm intermedjarji finanzjarji involuti, l-effettività tal-votazzjoni dwar l-istruzzjonijiet, fil-biċċa l-kbira, tiddependi fuq l-effiċjenza tal-katina ta’ intermedjarji, peress li l-investituri ħafna drabi ma jkunux jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal-vot marbut ma’ l-ishma tagħhom mingħajr il-koperazzjoni ta’ kull intermedjarju fil-katina, li jista’ ma jkollux interess ekonomiku fl-ishma. Sabiex l-investitur ikun jista’ jeżerċita d-drittijiet tal-vot tiegħu f’sitwazzjonijiet transkonfinali, huwa għalhekk importanti li l-intermedjarji jħaffu l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra aktar din il-kwistjoni fil-kuntest ta’ Rakkomandazzjoni, bil-għan li tiżgura li l-investituri jkollhom aċċess għal servizzi ta’ votazzjoni effettivi u li d-dritt tal-vot jkun eżerċitat skond l-istruzzjonijiet mogħtija minn dawk l-investituri.

(12)

Filwaqt li ż-żmien għall-iżvelar favur il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju kif ukoll lill-pubbliku, tal-voti mitfugħa, kemm jekk b’korrispondenza jew b’mezzi elettroniċi, qabel il-laqgħa ġenerali, hija kwistjoni importanti ta’ governanza tal-kumpanija, tista’ tiġi deċiża mill-Istati Membri.

(13)

Ir-riżultati tal-votazzjoni għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ metodi li jirriflettu l-intenzjonijiet tal-votazzjoni kollha espressi mill-azzjonisti, u għandhom jiġu ppubblikati b’mod trasparenti wara l-laqgħa ġenerali għall-inqas fuq is-sit ta’ l-Internet tal-kumpanija.

(14)

Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li l-azzjonisti jkunu jistgħu jużaw id-drittijiet tagħhom b’mod effettiv madwar il-Komunità kollha, ma jistax jintlaħaq mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-miżuri, jintlaħaq aħjar fuq il-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(15)

Skond il-paragrafu 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġi (6), l-Istati Membri huma imħeġġa sabiex ifasslu, għalihom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li juru, sa fejn dan ikun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u sabiex jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti rigward l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet ta’ l-azzjonisti marbuta ma’ ishma ta’ votazzjoni fir-rigward tal-laqgħat ġenerali ta’ kumpaniji li jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Stat Membru u li l-ishma tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat li jinsab jew li jopera fi Stat Membru.

2.   L-Istat Membru kompetenti biex jirregola l-kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva għandu jkun l-Istat Membru li fih il-kumpanija jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha, u r-referenzi għal-“liġi applikabbli” huma referenzi għal-liġi ta’ dak l-Istat Membru.

3.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw minn din id-Direttiva dawn it-tipi ta’ kumpaniji li jmiss:

(a)

impriżi ta’ investiment kollettiv skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi għal impriżi għall-investiment kolletiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (7);

(b)

impriżi li l-għan uniku tagħhom huwa l-investiment kollettiv ta’ kapital provdut mill-pubbliku, li joperaw fuq il-prinċipju tal-firxa tar-riskju u li ma jfittxux li jieħdu kontroll legali jew maniġerjali fuq kwalunkwe emittent ta’ l-investimenti sottostanti tagħhom, sakemm dawn l-impriżi ta’ investiment kollettiv ikunu awtorizzati u suġġetti għas-sorveljanza ta’ l-awtoritajiet kompetenti u li dawn ikollhom depożitarju li jeżerċita funzjonijiet ekwivalenti għal dawk taħt id-Direttiva 85/611/KEE;

(ċ)

soċjetajiet koperattivi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jmiss:

(a)

“Suq regolat” tfisser suq kif definit fl-Artikolu 4(1), punt 14, tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar swieq ta’ strumenti finanzjarji (8);

(b)

“azzjonist” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun rikonoxxuta bħala azzjonista skond il-liġi applikabbli;

(ċ)

“prokura” tfisser l-għoti ta’ setgħa mill-azzjonist lil persuna fiżika jew ġuridika biex din teżerċita d-drittijiet jew x’uħud mid-drittijiet ta’ l-azzjonist f’laqgħa ġenerali f’ismu.

Artikolu 3

Aktar miżuri nazzjonali

Din id-Direttiva ma għandhiex iżomm lill-Istati Membri milli jimponu aktar obbligi fuq il-kumpaniji jew milli jieħdu aktar miżuri sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju mill-azzjonisti, tad-drittijiet imsemmija f’din id-Direttiva.

KAPITOLU II

IL-LAQGĦAT ĠENERALI TA’ L-AZZJONISTI

Artikolu 4

Trattament ugwali ta’ l-azzjonisti

Il-kumpanija għandha tiżgura trattament ugwali għall-azzjonisti kollha li jkunu fl-istess pożizzjoni fir-rigward tal-parteċipazzjoni u l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot fil-laqgħat ġenerali tagħha.

Artikolu 5

Informazzjoni qabel il-laqgħa ġenerali

1.   Bla ħsara għall-Artikoli 9(4) u 11(4) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar attentati ta’ akkwiżizzjoni (9), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanija toħroġ is-sejħa għal-laqgħa ġenerali f’wieħed mill-metodi speċifikati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu mhux aktar tard mill-wieħed u għoxrin jum qabel il-laqgħa.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni, fejn il-kumpanija toffri l-faċilità lill-azzjonisti li jivvutaw b’mezzi elettroniċi aċċessibbli għall-azzjonisti kollha, il-laqgħa ġenerali ta’ l-azzjonisti tista’ tiddeċiedi li ssejjaħ laqgħa ġenerali li mhijiex laqgħa ġenerali annwali b’wieħed mill-modi speċifikati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu mhux aktar tard mill-erbatax il-jum qabel il-laqgħa. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed b’maġġoranza ta’ mhux anqas minn żewġ terzi tal-voti marbuta ma’ l-ishma jew mal-kapital sottoskritt rappreżentat u għal dewmien li ma jmurx lil hinn mil-laqgħa ġenerali annwali li jmiss.

L-Istati Membri mhumiex meħtieġa japplikaw il-perijodi minimi msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu għat-tieni sejħa jew għal dawk ta’ warajha ta’ laqgħa ġenerali maħruġa minħabba nuqqas ta’ kworum li kien meħtieġ għal-laqgħa msejħa mill-ewwel sejħa, sakemm kien hemm konformità ma’ dan l-Artikolu fl-ewwel sejħa u li l-ebda punt ġdid ma jkun tqiegħed fl-aġenda u sakemm ikunu għaddew ta’ l-anqas għaxart ijiem bejn is-sejħa finali u d-data tal-laqgħa ġenerali.

2.   Bla ħsara għal rekwiżiti addizzjonali għal notifika jew pubblikazzjoni stabbilita mill-Istat Membru kompetenti kif definiti fl-Artikolu 1(2), il-kumpanija għandha tkun meħtieġa li toħroġ is-sejħa msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu b’tali mod li jiġi żgurat aċċess mgħaġġel għaliha fuq bażi mhux diskriminatorja. L-Istat Membru għandu jirrikjedi lill-kumpanija biex tuża tali mezzi li wieħed jista’ jiddependi fuqhom b’mod raġonevoli għat-tixrid effettiv ta’ informazzjoni lill-pubbliku fil-Komunità kollha. L-Istat Membru ma jistax jimponi obbligu biex jintużaw biss mezzi li l-operaturi tagħhom huma stabbiliti fit-territorju tiegħu.

Mhuwiex meħtieġ li l-Istati Membri japplikaw l-ewwel sub-paragrafu lil kumpaniji li jistgħu jidentifikaw l-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-azzjonisti tagħhom minn reġistru kurrenti ta’ l-azzjonisti, u dan sakemm il-kumpanija għandha l-obbligu li tibgħat is-sejħa lil kull wieħed mill-azzjonisti reġistrati tagħha.

Fi kwalunkwe każ, il-kumpanija ma tistax titlob għal kwalunkwe ħlas speċifiku għall-ħruġ tas-sejħa bil-mod preskritt.

3.   Is-sejħa msemmija fil-paragrafu 1 għandha għall-inqas:

(a)

tindika b’mod preċiż meta u fejn se ssir il-laqgħa ġenerali, u l-aġenda proposta għal-laqgħa ġenerali;

(b)

tinkludi deskrizzjoni ċara u preċiża tal-proċeduri li l-azzjonisti huma meħtieġa li jikkonformaw magħhom biex ikunu jistgħu jieħdu sehem u jitfgħu l-vot tagħhom fil-laqgħa ġenerali. Din tinkludi informazzjoni dwar:

(i)

id-drittijiet disponibbli għall-azzjonisti skond l-Artikolu 6, sakemm dawn id-drittijiet jistgħu jiġu eżerċitati wara li tkun ħarġet is-sejħa, u skond l-Artikolu 9 u l-iskadenzi li fihom jistgħu jiġu eżerċitati drittijiet bħal dawn; din is-sejħa tista’ tkun limitata sabiex tiddikkjara biss l-iskadenzi li fihom jistgħu jiġu eżerċitati dawn id-drittijiet, sakemm ikun fiha referenza għal informazzjoni aktar dettaljata dwar drittijiet bħal dawn li jkunu disponibbli fuq is-sit ta’ l-Internet tal-kumpanija;

(ii)

il-proċedura għal votazzjoni permezz ta’ prokura, b’mod partikolari l-formuli li għandhom jintużaw għal vot bi prokura u l-mezzi li permezz tagħhom il-kumpanija hija lesta li taċċetta notifiki elettroniċi ta’ ħatriet ta’ prokuraturi; u

(iii)

fejn huwa applikabbli, il-proċedura għat-tfigh ta’ votazzjoni kemm jekk b’korrispondenza jew b’mezzi elettroniċi;

(ċ)

fejn huwa applikabbli, tiddikjara d-data ta’ reġistrazzjoni kif definit fl-Artikolu 7(2), u tispjega li persuni li huma azzjonisti f’dik id-data biss għandu jkollhom id-dritt li jipparteċipaw u li jivvotaw fil-laqgħa ġenerali;

(d)

tindika minn fejn u kif jista’ jinkiseb it-test sħiħ u mhux imqassar tad-dokumenti u l-abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 4;

(e)

tindika l-indirizz tas-sit ta’ l-Internet fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 se jkun disponibbli.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għal perijodu kontinwu li jibda’ sa mhux aktar tard mill-wieħed u għoxrin ġurnata qabel il-ġurnata tal-laqgħa ġenerali u li jinkludi l-ġurnata tal-laqgħa, il-kumpannija għandha tagħmel disponibbli lill-azzjonisti tagħha fuq is-sit ta’ l-Internet tagħha għallinqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

is-sejħa msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

in-numru totali ta’ ishma u drittijiet tal-vot fid-data tas-sejħa (inklużi totali separati għal kull klassi ta’ ishma fejn il-kapital tal-kumpanija huwa maqsum f’żewġ klassijiet ta’ ishma jew aktar);

(ċ)

id-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati fil-laqgħa ġenerali;

(d)

abbozz ta’ riżoluzzjoni jew, fejn ma tiġix proposta riżoluzzjoni biex tiġi adottata, kumment minn korp kompetenti fi ħdan il-kumpanija, maħtur bil-liġi applikabbli, għal kull punt fuq l-aġenda proposta tal-laqgħa ġenerali; barra minn hekk, kwalunkwe abbozz ta’ riżoluzzjoni mressaq mill-azzjonisti għandu jiġi miżjud malli jkun fattibbli wara li l-kumpanija tkun irċevietu;

(e)

fejn applikabbli, il-formoli li għandhom jintużaw għal vot bi prokura u għal vot b’korrispondenza, sakemm dawn il-formoli jintbagħtu direttament lil kull azzjonist.

Fejn il-formoli msemmija fil-punt (e) ma jistgħux ikunu disponibbli fuq l-Internet minħabba raġunijiet tekniċi, il-kumpanija għandha tindika fuq is-sit tagħha kif dawn il-formoli jistgħu jinkisbu fuq karta. F’dan il-każ, il-kumpanija tkun meħtieġa tibgħat il-formoli bis-servizzi postali u mingħajr ħlas lill kull azzjonist li jitlob biex isir hekk.

Fejn, skond l-Artikolu 9(4) jew 11(4) tad-Direttiva 2004/25/KE, jew skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, is-sejħa għal-laqgħa ġenerali tinħareġ wara wieħed u għoxrin ġurnata qabel il-laqgħa, il-perijodu speċifikat f’dan il-paragrafu għandu jitqassar b’mod xieraq.

Artikolu 6

Id-dritt li wieħed ipoġġi punti fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali u li jressaq abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonisti, filwaqt li jaġixxu individwalment jew kollettivament:

(a)

jkollhom id-dritt li jpoġġu punti fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali sakemm kull punt bħal dan ikun akkumpanjat b’ġustifikazzjoni jew abbozz ta’ riżoluzzjoni għal adozzjoni fil-laqgħa ġenerali; u

(b)

jkollhom id-dritt li jressqu abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet għal punti inklużi jew li għandhom jiġu inklużi fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali.

L-Istati Membri jistgħu jiddisponu biex id-dritt imsemmi fil-punt (a) jkun jista’ jiġi eżerċitat biss fir-rigward tal-laqgħa ġenerali annwali, sakemm l-azzjonisti, filwaqt li jaġixxu individwalment jew kollettivament, ikollhom id-dritt li jsejħu, jew li jeħtieġu li l-kumpannija ssejjaħ, laqgħa ġenerali li mhijiex laqgħa ġenerali annwali b’aġenda li tinkludi ta’ l-anqas il-punti kollha mitluba minn dawk l-azzjonisti.

L-Istati Membri jistgħu jiddisponu biex dawk id-drittijiet jiġu eżerċitati bil-miktub (ippreżentati bis-servizzi postali jew permezz ta’ mezzi elettroniċi).

2.   Fejn kwalunkwe wieħed mid-drittijiet speċifikati fil-paragrafu 1 ikun suġġett għall-kondizzjoni li l-azzjonist jew azzjonisti rilevanti jkun(u) detentur(i) ta’ ammont minimu ta’ kapital azzjonarju fil-kumpannija, dak l-ammont minimu ma għandux ikun aktar min 5 % tal-kapital azzjonarju.

3.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi data ta’ skadenza waħda, b’referenza għal numru speċifiku ta’ ġranet qabel il-laqgħa ġenerali jew is-sejħa, sa meta l-azzjonisti jistgħu jeżerċitaw id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, punt (a). Bl-istess mod, kull Stat Membru jista’ jistabbilixxi skadenza għall-eżerċizzju tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, punt (b).

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-eżerċizzju tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, punt (a) jinvolvi modifika ta’ l-aġenda għal-laqgħa ġenerali li tkun diġà ġiet notifikata lill-azzjonisti, il-kumpannija għandha tippubblika bl-istess mod bħall-aġenda ta’ qabel, aġenda riveduta, qabel id-data ta’ reġistrazzjoni kif definita fl-Artikolu 7(2), jew, jekk ma hemm l-ebda data ta’ reġistrazzjoni, biżżejjed żmien qabel id-data tal-laqgħa ġenerali sabiex tippermetti lil azzjonisti oħra li jaħtru prokuratur jew, fejn applikabbli, biex jivvotaw permezz ta’ korrispondenza.

Artikolu 7

Ir-rekwiżiti għall-parteċipazzjoni u l-votazzjoni fil-laqgħa ġenerali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw:

(a)

li d-dritt ta’ azzjonist sabiex jipparteċipa fil-laqgħa ġenerali u jivvota rigward kwalunkwe mill-ishma tiegħu ma għandux ikun suġġett għal kwalunkwe rekwiżit li tirrikjedi li l-ishma tiegħu jkunu depositati jew trasferiti jew reġistrati f’isem persuna oħra fiżika jew ġuridika qabel il-laqgħa ġenerali; u

(b)

li d-drittijiet ta’ azzjonist li jbiegħ jew b’mod ieħor jitrasferixxi l-ishma tiegħu waqt il-perijodu bejn id-data ta’ reġistrazzjoni, kif definita fil-paragrafu 2, u l-laqgħa ġenerali li għalihom tapplika ma jkunux suġġetti għal l-ebda restrizzjoni li għaliha s-soltu ma jkunux suġġetti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddisponu sabiex id-drittijiet ta’ azzjonist biex jipparteċipa f’laqgħa ġenerali u biex jivvota fir-rigward ta’ l-ishma tiegħu għandhom jiġu determinati fir-rigward ta’ l-ishma miżmuma minn dak l-azzjonist f’data speċifika qabel il-laqgħa ġenerali (id-“data ta’ reġistrazzjoni”).

Mhuwiex meħtieġ li l-Istati Membri japplikaw l-ewwel subparagrafu lill-kumpanniji li jistgħu jidentifikaw l-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-azzjonisti tagħhom minn reġistru kurrenti ta’ l-azzjonisti fil-ġurnata tal-laqgħa ġenerali.

3.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li data ta’ reġistrazzjoni waħda tapplika għall-kumpaniji kollha. Madankollu, Stat Membru jista’ jistabbilixxi data ta’ reġistrazzjoni waħda għal kumpaniji li ħarġu ishma anonimi u oħra għal dawk li ħarġu ishma reġistrati, sakemm data ta’ reġistrazzjoni waħda tkun tapplika għal kull kumpanija li tkun ħarġet iż-żewġ tipi ta’ ishma. Id-data ta’ reġistrazzjoni ma għandhiex tkun aktar minn tletin jum qabel id-data tal-laqgħa ġenerali li tapplika għaliha. Fl-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u ta’ l-Artikolu 5(1), kull Stat Membru għandu jiżgura li ta’ l-anqas ikunu għaddew tmient ijiem bejn l-aħħar data permissibbli għas-sejħa tal-laqgħa ġenerali u tad-data ta’ reġistrazzjoni. Fil-kalkolu ta’ dak in-numru ta’ ġranet dawk iż-żewġ dati ma għandhomx jiġu inklużi. Madankollu, fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu, Stat Membru jista’ jitlob li jgħaddu mill-anqas sitt ijiem bejn l-aħħar data permessa għat-tieni sejħa jew għal sejħa oħra wara tal-laqgħa ġenerali u d-data ta’ reġistrazzjoni. Fil-kalkolu tan-numru ta’ ġranet dawn iż-żewġ dati ma għandhomx jiġu inklużi.

4.   Il-prova ta’ kwalifika bħala azzjonist tista’ ssir suġġetta biss għal dawk ir-rekwiżiti li huma meħtieġa biex jiżguraw l-identifikazzjoni ta’ l-azzjonisti u biss sa fejn dawn ikunu proporzjonati biex jinkiseb dak l-għan.

Artikolu 8

Parteċipazzjoni fil-laqgħa ġenerali permezz ta’ mezzi elettroniċi

1.   L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-kumpaniji li joffru lill-azzjonisti tagħhom kwalunkwe forma ta’ parteċipazzjoni fil-laqgħa ġenerali b’mezzi elettroniċi, b’mod partikulari kull waħda minn dawn il-forom ta’ parteċipazzjoni jew kollha kemm huma:

(a)

trażmissjoni f’ħin reali tal-laqgħa ġenerali;

(b)

komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet f’ħin reali li tippermetti lill-azzjonisti li jindirizzaw il-laqgħa ġenerali minn lok remot;

(ċ)

mekkaniżmu biex jintefgħu il-voti, kemm jekk qabel kif ukoll jekk waqt il-laqgħa ġenerali, mingħajr il-ħtieġa biex jinħatar prokuratur li jkun preżenti b’mod fiżiku għal-laqgħa.

2.   L-użu ta’ mezzi elettroniċi bl-iskop li l-azzjonisti jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħa ġenerali jista’ jiġi suġġett biss għall-dawk ir-rekwiżiti u l-limitazzjonijiet kif meħtieġa għall-verifika ta’ l-identità ta’ l-azzjonisti u s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u biss sal-punt li huma proporzjonati biex jinkisbu dawk l-objettivi.

Dan huwa mingħajr ħsara għal kwalunkwe regola legali li adottaw jew li jistgħu jadottaw l-Istati Membri fir-rigward tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan il-kumpanija għall-introduzzjoni jew għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe forma ta’ parteċipazzjoni b’mezzi elettroniċi.

Artikolu 9

Id-dritt li wieħed jistaqsi

1.   Kull azzjonist għandu jkollu d-dritt li jistaqsi mistoqsijiet relatati ma’ punti fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali. Il-kumpanija għandha twieġeb il-mistoqsijiet magħmula mill-azzjonisti.

2.   Id-dritt li wieħed jistaqsi u l-obbligu ta’ tweġiba huma suġġetti għall-miżuri li l-Istati Membri jistgħu jieħdu, jew jippermettu lill-kumpanniji li jieħdu, sabiex jiżguraw l-identifikazzjoni ta’ l-azzjonisti, l-ordni tajba fil-laqgħat ġenerali u t-tħejjija tagħhom, kif ukoll il-ħarsien tal-kunfidenzjalità u l-interessi kummerċjali tal-kumpaniji. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-kumpaniji biex jipprovdu tweġiba waħda ġenerali għall-mistoqsijiet bl-istess kontenut.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li tkun ingħatat tweġiba jekk l-informazzjoni rilevanti tkun disponibbli fuq is-sit ta’ l-Internet tal-kumpanija f’format ta’ mistoqsija u tweġiba.

Artikolu 10

Votazzjoni bi prokura

1.   Kull azzjonist għandu jkollu d-dritt li jaħtar kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra bħala prokuratur biex jattendi u jivvota f’laqgħa ġenerali f’ismu. Il-prokuratur għandu jgawdi mill-istess drittijiet biex jitkellem u jistaqsi mistoqsijiet fil-laqgħa ġenerali bħal dawk li l-azzjonist hekk rappreżentat huwa intitolat għalihom.

Minbarra r-rekwiżit li l-prokuratur irid ikollu l-kapaċità legali, l-Istati Membri għandhom iħassru kwalunkwe regola legali li tillimita, jew li tippermetti lill-kumpaniji sabiex tillimita, l-eliġibilità ta’ persuni biex jinħatru bħala prokuraturi.

2.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-ħatra ta’ prokuratur għal laqgħa waħda, jew għal laqgħat li jistgħu isiru f’perijodu speċifiku.

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13(5), l-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numru ta’ persuni li azzjonist jista’ jaħtar bħala prokuraturi fir-rigward ta’ kwalunkwe laqgħa ġenerali partikulari. Madankollu, jekk azzjonist għandu ishma ta’ kumpanija miżmuma f’aktar minn kont ta’ titoli wieħed, din il-limitazzjoni ma għandhiex iżżomm lill-azzjonist milli jaħtar prokuratur separat fir-rigward ta’ ishma miżmuma f’kull kont ta’ titoli relatat ma kwalunklwe laqgħa ġenerali. Dan ma’ jaffettwax ir-regoli stabbiliti mil-liġi applikabbli li jipprojbixxu t-tfiegħ ta’ voti b’mod differenti fir-rigward ta’ l-ishma miżmuma mill-istess azzjonist.

3.   Barra mil-limitazzjonijiet permessi b’mod ċar fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri ma jistgħux jirrestrinġu jew jippermettu lill-kumpaniji biex jirrestrinġu l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ l-azzjonisti permezz ta’ prokuraturi għal kwalunkwe skop ħlief biex jindirizzaw kunflitti ta’ interess potenzjali bejn il-prokuratur u l-azzjonist, li fl-interess tiegħu il-prokuratur huwa marbut li jaġixxi u billi jagħmlu dan, l-Istati Membri ma jistgħux jimponu xi rekwiżit għajr dawn li ġejjin:

(a)

L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-prokuraturi jiżvelaw ċerti fatti speċifiċi li jistgħu jkunu rilevanti għall-azzjonisti biex jevalwaw kwalunkwe riskju li l-prokuratur jista’ jsegwi kwalunkwe interess li mhuwiex dak ta’ l-azzjonist;

(b)

l-Istati Membri jistgħu jillimitaw jew jeskludu l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ l-azzjonisti permezz ta’ prokuraturi mingħajr istruzzjonijiet speċifiċi għall-votazzjoni fir-rigward ta’ kull riżoluzzjoni li fuqha l-prokuratur għandu jivvota f’isem l-azzjonist;

(ċ)

l-Istati Membri jistgħu jillimitaw jew jeskludu t-trasferiment tal-prokura lil persuna oħra, iżda dan ma għandux iżomm prokuratur li tkun persuna ġuridika milli jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu permezz ta’ kwalunkwe membru tal-korp amministrattiv jew maniġerjali tiegħu jew permezz ta’ kwalunkwe impjegat tiegħu.

Jista’ jinħoloq kunflitt ta’ interess skond it-tifsira ta’ dan il-paragrafu b’mod partikulari fejn il-prokuratur:

(i)

huwa azzjonist ta’ kontroll tal-kumpanija, jew huwa entità oħra kkontrollata minn azzjonist bħal dan;

(ii)

huwa membru tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew ta’ superviżjoni tal-kumpanija, jew ta’ azzjonist ta’ kontroll jew ta’ entità kkontrollata kif msemmi fil-punt (i);

(iii)

huwa impjegat jew awditur tal-kumpanija, jew ta’ azzjonist ta’ kontroll jew ta’ entità kkontrollata kif imsemmi fil-punt (i);

(iv)

għandu relazzjoni ta’ familja ma’ persuna fiżika msemmija fil-punti (i) sa (iii).

4.   Il-prokuratur għandu jitfa’ l-voti skond l-istruzzjonijiet ta’ votazzjoni maħruġa mill-azzjonist li jaħtar.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-prokuraturi jżommu reġistru ta’ l-istruzzjonijiet għall-votazzjoni għal perijodu minimu definit u li jikkonfermaw fuq talba li l-istruzzjonijiet għall-vot twettqu.

5.   Persuna li taġixxi bħala prokuratur tista’ jkollha prokura minn diversi azzjonisti mingħajr limitu fuq in-numru ta’ azzjonisti rappreżentati. Fejn prokuratur ikollu prokuri minn diversi azzjonisti, il-liġi applikabbli għandha tippermettilu li jitfa’ voti għal ċertu azzjonist b’mod differenti minn voti mitfugħa għal azzjonist ieħor.

Artikolu 11

Formalitajiet għall-ħatra u n-notifika ta’ prokuratur

1.   L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-azzjonisti li jaħtru prokuratur b’mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, L-Istati Membri ser jippermettu lill-kumpaniji biex jaċċettaw in-notifika tal-ħatra b’mezzi elettroniċi, u għandhom jiżguraw li kull kumpanija toffri lill-azzjonisti tagħha ta’ l-anqas metodu wieħed effettiv ta’ notifika b’mezzi elettroniċi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prokuraturi jistgħu jinħatru, u li ħatra bħal din tiġi notifikata lill-kumpannija, bil-miktub biss. Lil hinn minn dan ir-rekwiżit formali bażiku, il-ħatra ta’ prokuratur, in-notifika tal-ħatra lill-kumpanija u l-ħruġ ta’ istruzzjonijiet ta’ votazzjoni, jekk ikun il-każ, lill-prokuratur jistgħu jkunu suġġetti biss għal dawk ir-rekwiżiti formali li jkunu meħtieġa biex tiġi żgurata l-identifikazzjoni ta’ l-azzjonist u tal-prokuratur, jew biex tiġi żgurata l-possibiltà li jiġi verifikat il-kontenut ta’ l-istruzzjonijiet ta’ votazzjoni, rispettivament, u biss sal-punt li jkunu proporzjonati mal-kisba ta’ dawk l-objettivi.

3.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għar-revoka tal-ħatra ta’ prokuratur.

Artikolu 12

Votazzjoni b’korrispondenza

L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-kumpanniji li joffru lill-azzjonisti tagħhom il-possibbiltà li jivvotaw bil-korrispondenza minn qabel il-laqgħa ġenerali. Votazzjoni b’korrispondenza tista’ tkun suġġetta biss għal dawk ir-rekwiżiti u limitazzjonijiet li huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-identifikazzjoni ta’ l-azzjonisti u biss sal-punt li jkunu proporzjonati mal-kisba ta’ dak l-għan.

Artikolu 13

Tneħħija ta’ ċerti impedimenti għall-eżerċizzju effettiv ta’ drittijiet tal-vot

1.   Dan l-Artikolu japplika fejn persuna fiżika jew ġuridika, li hija rikonoxxuta bħala azzjonista mil-liġi applikabbli taġixxi f’isem persuna fiżika jew ġuridika oħra (il-“klijent”) fit-tħaddim ta’ negozju.

2.   Fejn il-liġi applikabbli timponi rekwiżiti ta’ żvelar bħala prerekwiżit għall-eżerċizzju ta’ drittijiet tal-vot minn azzjonist imsemmi fil-paragrafu 1, rekwiżiti bħal dawn ma għandhomx imorru lil hinn minn lista li tiżvela lill-kumpanija l-identità ta’ kull klijent u n-numru ta’ ishma vvotati f’ismu.

3.   Meta l-liġi applikabbli timponi rekwiżiti formali għall-awtorizzazzjoni ta’ azzjonist imsemmi fil-paragrafu 1 sabiex jeżerċita d-dritt tal-vot, jew għall-istruzzjonijiet għall-votazzjoni, dawn ir-rekwiżiti formali ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tkun żgurata l-identifikazzjoni tal-klijent, jew għall-possibiltà ta’ verifika tal-kontenut ta’ l-istruzzjonijiet tal-votazzjoni, rispettivament, u għandhom ikunu proporzjonati mal-kisba ta’ dawk l-objettivi.

4.   Azzjonist imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħalla jitfa’ voti marbuta ma’ wħud mill-ishma b’mod differenti minn voti marbuta ma’ ishma oħra.

5.   Fejn il-liġi applikabbli tillimita n-numru ta’ persuni li azzjonist jista’ jaħtar bħala prokuratur skond l-Artikolu 10(2), limitazzjoni bħal din ma għandhiex iżżomm azzjonist imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu milli jagħti prokura lil kull wieħed mill-klijenti tiegħu jew lil kwalunkwe parti terza magħżula minn klijent.

Artikolu 14

Riżultati tal-votazzjoni

1.   Il-kumpanija għandha tistabbilixxi, għal kull riżoluzzjoni, mill-inqas in-numru ta’ ishma li ġew votati b’mod validu, il-proporzjon tal-kapital azzjonarju li jirrapreżentaw dawk il-voti, in-numru totali ta’ voti mitfugħa b’mod validu, kif ukoll in-numru ta’ voti favur u kontra kull riżoluzzjoni u, fejn hu applikabbli, in-numru ta’ astensjonijiet.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw jew jippermettu lill-kumpaniji biex jistabbilixxu li jekk l-ebda azzjonist ma jitlob rendikont sħiħ tal-votazzjoni, ikun biżżejjed li jiġu stabbiliti r-riżultati tal-votazzjoni biss sal-punt meħtieġ biex jiġi żgurat li tintlaħaq il-maġġoranza meħtieġa għal kull riżoluzzjoni.

2.   F’perijodu ta’ żmien li għandu jiġi determinat mil-liġi applikabbli u li ma għandux ikun aktar minn ħmistax-il jum wara l-laqgħa ġenerali, il-kumpanija għandha tippubblika r-riżultati tal-votazzjoni stabbiliti skond il-paragrafu 1 fuq is-sit ta’ l-Internet tagħha.

3.   Dan l-Artikolu huwa bla ħsara għal kwalunkwe regola legali li l-Istati Membri adottaw jew li jistgħu jadottaw rigward il-formalitajiet meħtieġa sabiex riżoluzzjoni issir valida jew il-possibiltà li jitqajjem dubju legali sussegwenti għar-riżultat tal-vot.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15

Traspożizzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-3 ta’ Awwissu 2009. Għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawn il-miżuri minnufih lill-Kummissjoni.

Minkejja l-ewwel paragrafu, l-Istati Membri li fl-1 ta’ Lulju 2006 kellhom fis-seħħ miżuri nazzjonali li jillimitaw jew jipprojbixxu l-ħatra ta’ prokuratur fil-każ ta’ l-Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu, punt (ii), għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ l-Artikolu 10(3) f’dak li għandu x’jaqsam ma’ din il-limitazzjoni jew projbizzjoni sa mhux aktar tard mit-3 ta’ Awwissu 2012.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni n-numru ta’ ġranet speċifikat skond l-Artikolu 6(3) u 7(3), u kull bidla sussegwenti għalih lill-Kummissjoni, li għandha tippubblika din l-informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom mehmuz magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi għall-għamla ta’ tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 17

Lil min hija indirizzata

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Lulju 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

M. LOBO ANTUNES


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 42.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2007.

(3)  ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 714.

(4)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

(5)  ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9).

(6)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(7)  ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3.

(8)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(9)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.


14.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 184/25


DIRETTIVA 2007/38/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Lulju 2007

dwar ir-retrofitting ta’ mirja fuq vetturi tqal tal-merkanzija reġistrati fil-Komunità

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitá Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 71(1)(ċ) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Numru ta’ inċidenti huma kkawżati minn sewwieqa ta’ vetturi tqal tal-merkanzija li ma jindunawx li utenti oħra tat-triq ikunu qegħdin viċin ħafna jew ħdejn il-vettura tagħhom. Dawn l-inċidenti ħafna drabi huma marbuta ma’ xi tibdil fid-direzzjoni fil-crossings, fil-junctions u fir-roundabouts meta s-sewwieqa jonqsu milli jaraw lill-utenti l-oħra tat-triq fil-blind spots li jeżistu fil-partijiet immedjatament madwar il-vettura tagħhom. Huwa stmat li kull sena madwar 400 persuna fl-Ewropa tmut f’ċirkostanzi bħal dawn, ħafna minnhom utenti vulnerabbli tat-triq bħaċ-ċiklisti, motoċiklisti u dawk li jimxu fit-triq.

(2)

Fil-White Paper tagħha tat-12 ta’ Settembru 2001“Politika għal trasport Ewropew għall-2010: wasal iż-żmien għal deċiżjoni” il-Kummissjoni Ewropea għamlet mira li tnaqqas bin-nofs in-numru ta’ mwiet fit-toroq fl-UE sa l-2010. Fit-tielet Programm tagħha dwar l-Azzjoni għas-Sigurezza fit-Toroq, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tinvestiga l-kwistjoni tar-retrofitting fuq vetturi tqal tal-merkanzija li diġà qegħdin fiċ-ċirkulazzjoni u li għandhom tagħmir għall-viżjoni indiretta biex jitnaqqsu l-blind spots tagħhom u b’hekk isir kontribut għat-tnaqqis ta’ l-imwiet fit-toroq.

(3)

Fil-pjan tagħha fuq 10 snin fir-Rapport Finali “Sistema Regolatorja Kompetittiva għall-Vetturi bil-Mutur għas-Seklu 21”, il-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 irrakkomanda approċċ integrat fir-rigward ta’ sigurezza fit-triq li tinkludi l-introduzzjoni obbligatorja tal-karatteristiċi ta’ sigurezza ġodda, bħalma huma l-mirja, biex jitnaqqsu l-blind spots tal-vetturi tqal tal-merkanzija.

(4)

It-tagħmir għal viżjoni indiretta, bħall-mirja ta’ angolu wiesa’ u għall-viċin, cameras, moniters u sistemi oħra ta’ viżjoni indiretta li jkollhom approvazzjoni tat-tip, itejbu l-kamp tal-viżjoni tas-sewwieq u jżidu s-sigurezza tal-vetturi.

(5)

Id-Direttiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni skond it-tip tal-viżjoni indiretta u tal-vetturi mgħammra b’dawn il-mezzi (3) filwaqt li jkun hemm potenzjal kbir biex jitnaqqsu n-numru ta’ mwiet tolqot biss il-vetturi reġistrati ġodda.

(6)

Għalhekk il-vetturi li qegħdin diġà fiċ-ċirkulazzjoni mhumiex suġġetti għall-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2003/97/KE. Jista’ jkun stmat li dawk il-vetturi mhumiex se jkunu kompletament sostitwiti sa l-2023.

(7)

Bħala għajnuna sabiex jitnaqqsu l-inċidenti fatali u serji fit-toroq ikkawżati minn dawk il-vetturi u li jinvolvu l-utenti vulnerabbli tat-triq, huwa xieraq li sadanittant isir prov(v)ediment sabiex il-vetturi kkonċernati jiġu retrofitted b’tagħmir aħjar għal viżjoni indiretta.

(8)

Vetturi li qegħdin diġà fiċ-ċirkulazzjoni għandhom jiġu mgħammra b’mirja li jnaqqsu l-blind spots laterali tal-vettura waqt li jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi tad-Direttiva 2003/97/KE. Dan huwa teknikament fattibbli għall-maġġoranza tal-vetturi kkonċernati.

(9)

Huwa għalhekk xieraq u proporzjonat li jiġu provduti eżenzjonijiet u derogi għal vetturi li ma tantx għad fadlilhom biex jitneħħew, vetturi li huma mgħammra b’mirja laterali li l-kamp ta’ viżjoni tagħhom ikopri kem(m)xejn inqas mill-kampijiet ta’ viżjoni stabbiliti fid-Direttiva 2003/97/KE, u l-vetturi fejn it-tagħmir b’mirja konformi ma’ dik id-Direttiva ma jkunx vijabbli ekonomikament.

(10)

Il-vetturi fil-kategoriji N2 and N3 li oriġinalment kienu reġistrati u/jew li kellhom approvazzjoni tat-tip u/jew bdew jintużaw qabel l-1 ta’ Jannar 2000, u li jkunu mħaddma l-aktar minħabba l-interess storiku tagħhom m’għandhomx jintlaqtu mir-regoli u l-proċeduri stabbiliti f’din id-Direttiva.

(11)

Għall-vetturi tqal tal-merkanzija li, minħabba raġunijiet tekniċi u/jew ekonomiċi, ma jistgħux jinġiebu konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu u japprovaw soluzzjonijiet alternattivi. F’dawn il-każijiet l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw listi ta’ soluzzjonijiet tekniċi permessi u approvati lill-Kummissjoni, li min-naħa tagħha, għandha tagħmilhom disponibbli għall-Istati Membri kollha.

(12)

Sabiex is-suq ilaħħaq mad-domanda għolja għal mirja f’perjodu qasir ta’ żmien għandha ssir dispożizzjoni għal perjodu tranżitorju.

(13)

Il-vetturi tqal tal-merkanzija li ġew retrofitted qabel id-dati tat-transpożizzjoni tad-Direttiva 2003/97/KE b’tagħmir ta’ viżjoni indiretta li l-biċċa l-kbira jkopru il-kamp ta’ viżjoni mitluba minn dik id-Direttiva għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

(14)

L-eżerċizzju tar-retrofitting għandu jiġi akkumpanjat minn miżuri adegwati mfassla biex jikber l-għarfien tal-perikli marbuta ma’ l-eżistenza ta’ blind spots tal-vetturi tqal tal-merkanzija, inklużi kampanji li jqajmu kuxjenza mmirati lejn utenti vulnerabbli, kif ukoll għall-aġġustament u l-użu korrett ta’ tagħmir ta’ viżjoni indiretta.

(15)

Vetturi oħra barra minn dawk koperti minn din id-Direttiva, bħal vetturi ħfief tal-merkanzija u xarabanks, li m’humiex mgħammra b’tagħmir imtejjeb għal viżjoni indiretta wkoll huma involuti f’inċidenti li jikkonċernaw blind spots. Għalhekk, il-leġislazzjoni Komunitarja dwar rekwiżiti ta’ sigurezza attivi u passivi għandha tkun riveduta b’mod kontinwu bil-għan li tittejjeb u tkun promossa s-sigurezza fuq it-toroq.

(16)

Għall-finijiet ta’ analiżi iżjed komprensiva u strateġija futura dwar it-tnaqqis ta’ l-inċidenti dovuti għall-blind spots, il-Kummissjoni għandha, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/704/KE tat-30 ta’ Novembru 1993 dwar il-ħolqien ta’ database tal-Komunità dwar inċidenti tat-triq (4) u atti rilevanti oħrajn tal-Komunità, bħad-Deċiżjoni Nru 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar il-programm ta’ l-istatistiċi fil-Komunità bejn l-2003 sa l-2007 (5), tiġbor data rilevanti mill-Istati Membri u tipproċessaha kif meħtieġ.

(17)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-testijiet dwar jekk il-vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq (6) tistipula li għandhom isiru testijiet perjodiċi dwar jekk humiex tajba għat-triq għal vetturi bil-mutur użati għall-ġarr ta’ merkanzija u li jkollhom piż massimu permissibbli li jeċċedi t-3,5 tunnellati, għallinqas fuq bażi annwali. Huwa meħtieġ li l-vetturi tqal tal-merkanzija jkunu, fost l-oħrajn, mgħammra b’mirja ta’ wara li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva sabiex jgħaddu minn dan it-test dwar jekk humiex tajba għat-triq. Iċ-ċertifikati, li jattestaw li huma tajba għat-triq, maħruġa mill-Istati Membri għal vetturi reġistrati fit-territorju tagħhom huma rikonoxxuti reċiprokament għall-finijiet taċ-ċirkolazzjoni libera tal-vetturi fit-toroq ta’ l-Istati Membri.

(18)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri r-retrofitting ta’ vetturi li qegħdin diġà fiċ-ċirkulazzjoni fil-Komunità, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħha, jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(19)

Konformement mal-punt 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (7), l-Istati Membri huma mħeġġa sabiex, kemm għalihom, kif ukoll fl-interess tal-Komunità, ifasslu t-tabelli tagħhom, li kemm jista’ jkun għandhom juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u sabiex jippubblikawhom,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tagħmir ta’ sistemi ta’ viżjoni indiretta fuq vetturi ta’ kategoriji N2 u N3, kif imsemmi fil-punt 2 tat-Taqsima A ta’ l-Anness II mad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (8), li huma reġistrati fil-Komunità.

Artikolu 2

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal vetturi tal-kategoriji N2 u N3 li ma jkollhomx l-approvazzjoni tat-tip jew li ma jkunux approvati bħala vettura unika taħt id-Direttiva 2003/97/KE.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:

(a)

vetturi tal-kategoriji N2 u N3 reġistrati qabel l-1 ta’ Jannar 2000;

(b)

vetturi tal-kategorija N2 li jkollhom piż massimu permissibbli li ma jeċċedix 7,5 tunnellati, fejn ikun impossibbli li tiġi installata mera tal-klassi V b’mod li jiżgura li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-ebda parti tal-mera ma tkun inqas minn 2 m (tista’ tiġi applikata tolleranza ta’ + 10 ċm) mill-art, irrispettivament mill-pożizzjoni ta’ l-aġġustament, meta l-vettura jkollha tagħbija li tikkorrispondi għall-piż massimu teknikament permissibbli għaliha; u

(ii)

(i)l-mera tkun għal kollox viżibbli mill-pożizzjoni tas-sewqan;

(ċ)

vetturi tal-kategoriji N2 u N3 li jkunu suġġetti għal miżuri nazzjonali li daħlu fis-seħħ qabel id-dati tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/97/KE, u li jeħtieġu l-installazzjoni, fuq in-naħa tal-passiġġier, ta’ mezzi oħra ta’ viżjoni indiretta li jkopru mhux anqas minn 95% tal-kamp totali ta’ viżjoni fil-livell ta’ l-art ta’ mirja tal-klassi IV u tal-klassi V taħt dik id-Direttiva.

Artikolu 3

1.   B’effett mis-6 ta’ Awwissu 2007 u mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2009, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-vetturi kollha msemmija fl-Artikolu 2(1) ikunu mgħammra, fuq in-naħa tal-passiġġieri, b’mirja ta’ angolu wiesa’ u għall-viċin li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-mirja tal-klassi IV u l-mirja tal-klassi V skond id-Direttiva 2003/97/KE rispettivament.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva għandha titqies bħala miksuba meta l-vetturi mgħammra, fuq in-naħa tal-passiġġier, b’mirja ta’ angolu wiesa’ u għall-viċin li l-kombinazzjoni tal-kampijiet ta’ viżjoni tagħhom tkopri mhux inqas minn 95 % tal-kamp ta’ viżjoni fil-livell ta’ l-art ta’ mirja tal-klassi IV u mhux inqas minn 85 % tal-kamp ta’ viżjoni fil-livell ta’ l-art ta’ mera tal-klassi V taħt id-Direttiva 2003/97/KE.

3.   Il-vetturi msemmija fl-Artikolu 2 li, minħabba nuqqas ta’ soluzzjonijiet tekniċi disponibbli u ekonomikament vijabbli, ma jistgħux jiġu mgħammra b’mirja li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu, jistgħu jiġu mgħammra b’mirja supplimentari u/jew tagħmir ieħor ta’ viżjoni indiretta, kemm-il darba l-kombinazzjoni ta’ tali tagħmir ikun ikopri mhux anqas minn 95 % tal-kamp ta’ viżjoni fil-livell ta’ l-art ta’ mirja tal-Klassi IV, u mhux anqas minn 85 % tal-kamp ta’ viżjoni fil-livell ta’ l-art ta’ mirja ta’ Klassi V skond id-Direttiva 2003/97/KE.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunkaw lista ta’ soluzzjonijiet tekniċi konformi ma’ dan l-Artikolu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-informazzjoni notifikata għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-websajt tagħha jew kwalunkwe mezzi oħra adegwati, għall-Istati Membri kollha.

Artikolu 4

1.   Il-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3(1), (2) u (3) għandha tiġi stabbilita permezz ta’ prova mogħtija minn Stat Membru skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/96/KE.

2.   Il-Kummissjoni, assistita mill-kumitati msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 96/96/KE u fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, fl-oqsma rispettivi tagħhom, għandha tieħu l-miżuri adegwati sabiex tiżgura li t-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva jiġi installat u jiġi ttestjat sabiex jiġu stabbiliti il-konformità tiegħu u jekk hux tajjeb għat-triq skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. Dawn il-miżuri għandhom jittieħdu sa mhux aktar tard mis-6 ta’ Awwissu 2008.

Artikolu 5

Sas-6 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva flimkien ma’ studju dwar inċidenti dovuti għall-blind spots li jkopri l-vetturi kollha u l-ispejjeż involuti, bil-għan li tittejjeb is-sigurezza fit-toroq. Fuq il-bażi ta’ analiżi aktar komprensiva dwar l-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposta għar-reviżjoni tal-leġislazzjoni eżistenti.

Artikolu 6

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sas-6 ta’ Awwissu 2008. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jad(d)ottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li dawn jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 7

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Lulju 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

M. LOBO ANTUNES


(1)  Opinjoni ta’ l-14 ta’ Marzu 2007 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2007.

(3)  ĠU L 25, 29.1.2004, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).

(4)  ĠU L 329, 30.12.1993, p. 63. Id-Deċiżjoni kif emendata mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(5)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni Nru 787/2004/KE (ĠU L 138, 30.04.2004, p. 12).

(6)  ĠU L 46, 17.2.1997, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

(7)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2007/37/KE (ĠU L 161, 22.6.2007, p. 60).


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

14.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 184/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Lulju 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3327)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/496/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intrakomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intrakomunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 63(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (4) tistipula ċerti miżuri ta’ ħarsien li għandhom jiġu applikati sabiex tiġi evitata l-firxa ta’ din il-marda, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni A u B wara tifqigħa suspettata jew ikkonfermata tal-marda.

(2)

Wara tifqigħa ta’ l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fir-Repubblika Ċeka, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2007/434/KE tal-21 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur tat-tip H5 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur fir-Repubblika Ċeka (5).

(3)

Fil-ġranet ta’ wara l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2007/454/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar miżuri ta’ protezzjoni marbuta ma’ influwenza tat-tjur ta’ patoġenija għolja tas-sottotip H5N1 fit-tjur ta’ l-irziezet fil-Komunità (6) biex tikkonferma ż-żoni A u B fir-Repubblika Ċeka u t-tul ta’ żmien ta’ din ir-reġjonalizzazzjoni.

(4)

Wara tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fil-Ġermanja, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2007/483/KE tad-9 ta’ Lulju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ protezzjoni marbuta ma’ l-influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fit-tjur ta’ l-irziezet fil-Ġermanja (7).

(5)

Il-Kummissjoni eżaminat dawn il-miżuri f’kollaborazzjoni mal-Ġermanja, u hija sodisfatta li l-fruntieri taż-Żoni A u B stabbiliti mill-awtorità kompetenti f’dan l-Istat Membru qegħdin ‘il bogħod biżżejjed mill-post attwali tat-tifqigħa. Iż-żoni A u B fil-Ġermanja għalhekk jistgħu jiġu kkonfermati u t-tul ta’ żmien ta’ din ir-reġjonalizzazzjoni jista’ jiġi ffissat.

(6)

Il-miżuri ta’ protezzjoni interim stipulati fid-Deċiżjonijiet 2007/434/KE u 2007/483/KE jeħtieġ li issa jiġu kkonfermati. Barra minn hekk, il-qagħda epidemjoloġika tat-tifqigħa ta’ l-influwenza tat-tjur fit-tjur ta’ l-irziezet fir-Repubblika Ċeka tirrikjedi modifika taż-żoni ristretti u tat-tul ta’ żmien tal-miżuri.

(7)

Barra minn hekk, l-Ungerija u r-Renju Unit innotifikaw lill-Kummissjoni li l-miżuri kollha ta’ kontroll fir-rigward tat-tifqigħat ta’ l-influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fuq it-territorju tagħhom twaqqfu sat-12 ta’ Marzu 2007 u għalhekk il-miżuri stabbiliti bi qbil ma’ l-Artikolu 4(2) għaż-żoni A u B mhumiex aktar meħtieġa.

(8)

Id-Deċiżjoni 2006/415/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni 2006/415/KE jinbidel bit-test ta’ l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(4)  ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/483/KE (ĠU L 180, 10.7.2007, p. 43).

(5)  ĠU L 161, 22.6.2007, p. 70.

(6)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 87.

(7)  ĠU L 180, 10.7.2007, p. 43.


ANNESS

“ANNESS

Parti A

Iż-żona A kif stabbilita skond l-Artikolu 4 (2):

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

L-Istat Membru

Żona A

Data sa meta l-

Artikolu 4(4)(b)(iii) huwa applikabbli

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

 

 

31.7.2007

 

Żona ta’ ħarsien

 

BOHUŇOVICE

CEREKVICE NAD LOUČNOU

ČESKÉ HEŘMANICE

CHOCEŇ (parti)

DŽBÁNOV

HORKY

HRUŠOVÁ (parti)

KOSOŘÍN

TISOVÁ

VRAČOVICE-ORLOV (parti)

VYSOKÉ MÝTO

ZÁLŠÍ

 

 

Żona ta’ sorveljanza

 

BĚSTOVICE

BOHUŇOVICE

BOROVNICE

BOŠÍN

BRANDÝS NAD ORLICÍ

BUČINA

CEREKVICE NAD LOUČNOU

ČESKÉ HEŘMANICE

CHOCEŇ

CHOTOVICE (parti)

DOBŘÍKOV

DOLNÍ ÚJEZD

DŽBÁNOV

HORKY

HRÁDEK

HRUŠOVÁ

JAVORNÍK

JEHNĚDÍ

KOLDÍN

KOSTELECKÉ HORKY

LEŠTINA (parti)

LHOTY U PODŠTEJNA

LIBECINA

LITOMYŠL (parti)

MAKOV

MORAŠICE

MOSTEK

NASAVRKY

NĚMČICE (parti)

NOVÁ SÍDLA

NOVÉ HRADY

ORLICKÉ PODHŮŘÍ

OSÍK

OUCMANICE

PLCHOVICE

PODLESÍ

PODLESÍ (parti)

PŘÍLUKA

PUSTINA

ŘEPNÍKY

ŘETOVÁ

ŘETŮVKA (parti)

ŘÍDKÝ

SEČ

SEDLIŠTĚ

SKOŘENICE

SLATINA

SLOUPNICE

SRUBY

SUCHÁ LHOTA

SUDISLAV NAD ORLICÍ

SUDSLAVA

SVATÝ JIŘÍ

TISOVÁ

TRŽEK

TÝNIŠTKO

ÚJEZD U CHOCNĚ

ÚJEZDEC

ÚSTÍ NAD ORLICÍ

VELKÁ SKROVNICE

VIDLATÁ SEČ

VLČKOV (parti)

VODĚRADY

VRACLAV

VRAČOVICE-ORLOV

VYSOKÉ MÝTO

ZÁDOLÍ

ZÁLŠÍ

ZÁMRSK

ZÁŘECKÁ LHOTA

 

DE

Il-Ġermanja

 

Il-muniċipalitajiet ta’:

6.8.2007

 

 

 

ALLENDORF

ARNSGEREUTH

BAD BLANKENBURG

BECHSTEDT

CURSDORF

DEESBACH

DÖSCHNITZ

GRÄFENTHAL

LICHTE

LICHTENHAIN

MARKTGÖLITZ

MELLENBACH-GLASBACH

MEURA

OBERHAIN

OBERWEISSBACH

PIESAU

PROBSTZELLA

REICHMANNSDORF

ROHRBACH

SAALFELD

SAALFELDER HÖHE

SCHMIEDEFELD

SCHWARZBURG

SITZENDORF

UNTERWEISSBACH

WITTGENDORF

 

Parti B

Iż-żona B kif stabbilita skond l-Artikolu 4 (2):

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

L-Istat Membru

Żona B

Data sa meta l-

Artikolu 4(4)(b)(iii) huwa applikabbli

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

00053

PARDUBICKÝ KRAJ:

OKRES

:

Chrudim, Pardubice

Svitavy

Ústí nad Orlicí

31.7.2007

 

 

00052

KRÁLOVÉHRADECKÝ KRAJ:

OKRES

:

Hradec Králové

Rychnov nad Kněžnou

 

DE

Il-Ġermanja

 

DRÖBISCHAU

KAULSDORF

KÖNIGSEE

LEUTENBERG

MEUSELBACH-SCHWARZMÜHLE

ROTTENBACH

RUDOLSTADT

6.8.2007”


Bank Ċentrali Ewropew

14.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 184/34


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-3 ta’ Lulju 2007

li tistabbilixxi r-Regoli dwar l-Akkwisti

(BĊE/2007/5)

(2007/497/KE)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 11.6 ta’ l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta’ Frar 2004 li adottat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa impenjat li jħares il-prinċipju ta’ l-effiċjenza fl-infiq u jfittex l-aħjar valur għall-flus minfuqin biex jiġu akkwistati oġġetti, servizzi u xogħlijiet.

(2)

Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (2) (“id-Direttiva ta’ l-Akkwisti”) u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) (“ir-Regolament Finanzjarju”) ma japplikawx għall-BĊE.

(3)

Il-BĊE jirrispetta l-prinċipji ġenerali tal-liġi ta’ l-akkwisti kif riflessi fid-Direttiva ta’ l-Akkwisti u r-Regolament Finanzjarju,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

KAPITOLU I

REGOLI ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“kuntratti” huma kuntratti għall-interess monetarju konklużi bil-miktub bejn il-BĊE ma’ fornitur wieħed jew iżjed u li għandhom bħala l-oġġett tagħhom l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet, il-provvista ta’ prodotti jew il-provvista ta’ servizzi;

(b)

“kuntratti ta’ xogħlijiet” huma kuntratti li għandhom bħala oġġett tagħhom jew l-eżekuzzjoni, jew kemm id-disinn kif ukoll l-eżekuzzjoni, ta’ xogħlijiet. “Xogħol” ifisser ir-riżultat ta’ xogħlijiet ta’ bini jew ta’ inġinerija ċivili meħudin b’mod kumplessiv li huwa biżżejjed minnu nnifsu biex jaqdi funzjoni ekonomika jew teknika;

(ċ)

“kuntratti ta’ provvista” huma kuntratti, li m’humiex dawk imsemmijin fil-paragrafu b, li għandhom bħala l-oġġett tagħhom ix-xiri, il-kiri jew ix-xiri bin-nifs, b’għażla ta’ xiri jew mingħajrha, ta’ prodotti. Kuntratt li għandu bħala l-oġġett tiegħu l-provvista ta’ prodotti u li jkopri wkoll, inċidentalment, operazzjonijiet ta’ tqegħid u installazzjoni għandu jiġi kkunsidrat li huwa “kuntratt ta’ provvista”;

(d)

“kuntratti ta’ servizzi” huma kuntratti li m’humiex ta’ xogħlijiet jew ta’ provvista li għandhom bħala oġġett tagħhom il-provvista ta’ servizzi. Kuntratt li għandu bħala l-oġġett tiegħu kemm prodotti kif ukoll servizzi għandu jiġi kkunsidrat li huwa “kuntratt ta’ servizz” jekk il-valur stmat tas-servizzi in kwistjoni jaqbeż dak tal-prodotti koperti mill-kuntratt. Kuntratt li għandu bħala l-oġġett tiegħu servizzi inklużi attivitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ xogħlijiet li huma biss inċidentali għall-oġġett prinċipali tal-kuntratt għandu jiġi kkunsidrat bħala kuntratt ta’ servizz;

(e)

“ftehim qafas” huwa ftehim bejn il-BĊE u fornitur wieħed jew iżjed, li għandu l-għan li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kuntratti li għandhom jingħataw matul perjodu definit, partikolarment fir-rigward tal-prezz u, meta xieraq, il-kwantità maħsuba;

(f)

“fornitur” huwa persuna naturali jew legali jew entità pubblika jew grupp ta’ dawn il-persuni u/jew korpi li joffru fis-suq, rispettivament, l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet, prodotti jew servizzi;

Fornitur li jibgħat applikazzjoni biex jipparteċipa fi proċedura ristretta jew innegozjata jew djalogu kompetittiv għandu jissejjaħ “kandidat”. Fornitur li jibgħat offerta għandu jissejjaħ “min jagħmel offerta”;

(ġ)

“proċedura miftuħa” hija proċedura ta’ offerta fejn il-fornitur interessat jista’ jagħmel offerta;

(g)

“proċedura ristretta” tfisser proċedura fejn kull fornitur jista’ jitlob li jipparteċipa u fejn dawk il-kandidati mistednin biss mill-BĊE jistgħu jagħmlu offerta;

(h)

“proċedura nnegozjata” tfisser proċedura fejn kull fornitur BĊE jikkonsulta lill-fornituri ta’ l-għażla tiegħu u jinnegozja l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ma’ wieħed minnhom jew iżjed;

(ħ)

“djalogu kompetittiv” hija proċedura fejn kull fornitur jista’ jitlob li jipparteċipa u fejn il-BĊE jkollu djalogu mal-kandidati ammessi f’dik il-proċedura, bil-għan li jiġu żviluppati alternattiva jew iżjed aktar xierqa li jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tiegħu;

(i)

“sistema ta’ xiri dinamika” huwa proċess kompletament elettroniku biex isir ix-xiri l-aktar komuni, li l-karatteristiċi tiegħu, kif jinsab ġeneralment fis-suq, jissodisfa lill-BĊE. Is-sistema hija limitata fiż-żmien u miftuħa matul il-validità tagħha għal kull fornitur li jissodisfa l-kriterji ta’ l-għażla u jkun bagħat offerta indikattiva li tikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjoni;

(j)

“irkant elettroniku” huwa proċess ripetittiv li jinvolvi tagħmir elettroniku għall-preżentazzjoni ta’ prezzijiet ġodda, li jiġu rriveduti ‘l isfel, u/jew valuri ġodda dwar ċerti elementi ta’ l-offerti, li jiġru wara valutazzjoni sħiħa eventwali ta’ l-offerti biex ikunu jistgħu jitpoġġew f’ordni bl-użu ta’ metodi ta’ valutazzjoni awtomatiċi;

(k)

“stedina għal offerta” hija l-istedina mibgħuta lill-kandidati jew ‘il-fornituri biex jibagħtu offerta u li tispeċifika l-proċedura, il-ħtiġijiet tal-BĊE u l-pattijiet u l-kundizzjonijiet kuntrattwali;

(l)

“miktub” jew “bil-miktub” ifisser kwalunkwe kliem li jikkonsisti fi kliem jew figuri li jistgħu jinqraw, jiġu riprodotti jew ikkommunikati wara. Jista’ jinkludi informazzjoni li tiġi trażmessa u maħżuna b’mezzi elettroniċi;

(m)

“jiem” tfisser jiem tal-kalendarju.

Artikolu 2

Għan

1.   Il-BĊE għandu jagħmel sejħiet għal offerti għal kuntratti ta’ provvista, servizzi u xogħlijiet għalih innifsu skond ir-regoli stabbiliti b’din id-Deċiżjoni.

2.   Il-BĊE jista’ jagħmel ukoll skond din id-Deċiżjoni proċeduri għal sejħa għal offerti konġunta f’ismu u f’isem bank ċentrali nazzjonali wieħed jew iżjed (BĊNi) u/jew istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u/jew organizzazzjonijiet internazzjonali. F’dawn il-każijiet, il-BĊE għandu jispeċifika fid-dokumentazzjoni tas-sejħa għal offerti liema awtoritajiet kuntrattwali oħrajn jipparteċipaw fil-proċedura tas-sejħa għal offerti u l-istruttura maħsuba tar-relazzjonijiet kuntrattwali.

3.   Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal kuntratti għal:

(a)

l-għoti ta’ servizzi u l-provvista ta’ oġġetti mill-BĊNi lill-BĊE fit-twettiq tal-ħidmiet pubbliċi tagħhom fl-Eurosistema/SEBĊ;

(b)

proċeduri ta’ akkwisti organizzati mill-BĊNi jew l-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità jew organizzazzjoni internazzjonali fejn il-BĊE jipparteċipa iżda r-regoli li jikkonċernaw dawn il-proċeduri ta’ akkwisti għandhom ikunu skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi ta’ l-akkwisti;

(ċ)

kull ftehim ma’ istituzzjonijiet u korpi Komunitarji jew organizzazzjonijiet internazzjonali li l-BĊE jintrabat bih biex jissodisfa l-ħidmiet pubbliċi tiegħu;

(d)

l-akkwist tal-karti tal-flus irregolat mil-Linja ta’ Gwida BĊE/2004/18 tas-16 ta’ Settembru 2004 dwar l-akkwist ta’ karti tal-flus euro (4);

(e)

il-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħrajn u servizzi finanzjarji marbutin ma’ dawn it-tranżazzjonijiet;

(f)

l-akkwist jew il-kiri, b’kull mezz finanzjarju, ta’ art, bini eżistenti jew proprjetà immobbli oħra jew dwar drittijiet marbutin magħhom;

(ġ)

kuntratti ta’ impjieg bejn il-BĊE u l-istaff tiegħu konklużi skond il-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg tal-BĊE;

(g)

servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni; u

(h)

servizzi ta’ riċerka u żvilupp sakemm il-benefiċċji relatati mas-servizzi ikunu esklużivament għall-BĊE għall-użu tiegħu u s-servizzi pprovduti jkunu mħallsin għal kollox mill-BĊE.

Artikolu 3

Prinċipji ġenerali

Kull proċedura ta’ akkwisti għandha ssir skond il-prinċipji ġenerali tat-trasparenza u l-pubbliċità, aċċess ekwu u trattament ugwali, kif ukoll il-prinċipji tan-non-diskriminazzjoni u l-kompetizzjoni ġusta.

Artikolu 4

Limiti

1.   Kuntratti li l-valur stmat tagħhom, nett mill-VAT, huwa daqs jew jaqbeż il-limitu ta’ ammonti stabbilit fil-paragrafu 3, għandhom jitpoġġew għal sejħa għal offerti skond il-proċeduri preskritti fil-Kapitolu II.

2.   Kuntratti li l-valur stmat tagħhom, nett mill-VAT, huwa anqas mil-limitu ta’ ammonti, għandhom jitpoġġew għal sejħa għal offerti skond il-proċeduri preskritti fil-Kapitolu III.

3.   Għandhom japplikaw dawn il-limiti ta’ ammonti:

(a)

EUR 211 000 għal kuntratti ta’ provvista u servizz;

(b)

EUR 5 300 000 għal kuntratti ta’ xogħlijiet.

Artikolu 5

Kalkolu tal-valur stmat ta’ kuntratt

1.   Il-kalkolu tal-valur tal-kuntratt għandu jkun ibbażat fuq l-ammont totali pagabbli, nett mill-VAT, kif stmat mill-BĊE. Il-kalkolu għandu jinkludi spejjeż anċillari, partikolarment spejjeż fir-rigward ta’ klawżoli fejn hemm għażliet, tiġdid ta’ kuntratti, ħlasijiet ta’ premiums, imgħax, kummissjoni, spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni, premjijiet jew ħlasijiet lil kandidati jew min jagħmel l-offerta.

2.   L-istima għandha tkun valida fil-mument meta l-BĊE jiddeċiedi fuq il-proċedura ta’ akkwisti xierqa.

3.   L-ebda akkwist ma jista’ jinqasam bl-intenzjoni li tiġi evitata l-applikazzjoni tal-proċeduri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

4.   Il-kalkolu tal-valur stmat ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet għandu jikkunsidra l-ispejjeż totali relatati ma’ l-eżekuzzjoni tax-xogħol inkluż il-valur tal-provvisti meħtieġa biex jiġu eżegwiti x-xogħlijiet u mpoġġijin għad-dispożizzjoni tal-kuntrattur mill-BĊE. L-ispejjeż relatati mad-disinn u l-ippjannar tax-xogħol għandhom ikunu inklużi wkoll jekk jiffurmaw parti mill-kuntratt tax-xogħlijiet.

5.   Fir-rigward ta’ kuntratt għall-provvista kontinwa ta’ oġġetti u servizzi, il-valur li għandu jittieħed bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt, meta jkun xieraq, għandu jkun:

(a)

fil-każ ta’ kuntratti b’terminu fiss: il-valur sħiħ għat-terminu kollu;

(b)

fil-każ ta’ kuntratti mingħajr terminu fiss: il-valur ta’ kull xahar immultiplikat bi 48.

6.   Fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista, servizz jew xogħlijiet suċċessivi ta’ l-istess tip il-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun ibbażat fuq il-valur totali attwali tal-kuntratti suċċessivi mogħtijin matul it-12-il xahar ta’ qabel. L-istima għandha tiġi aġġustata, jekk ikun possibbli biex jiġi kkunsidrat it-tibdil fil-kwantità u l-valur li huwa mistenni li jkun hemm matul it-12-il xahar wara l-kuntratt inizjali.

7.   Jekk kuntratt jinqasam f’diversi lottijiet, jew jekk diversi kuntratti li għandhom jingħataw huma interrelatati mill-qrib u għandhom l-istess ħidmiet bħall-għan tagħhom, għandu jiġi kkunsidrat il-valur totali tal-lottijiet kollha jew il-kuntratti individwali. Jekk il-valur totali huwa daqs jew jaqbeż il-limitu ta’ ammonti stabbilit fl-Artikolu 4(3), il-proċeduri preskritti fil-Kapitolu II ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw għal-lottijiet u l-kuntratti kollha. Iżda l-BĊE jista’ japplika l-proċedura preskritta fl-Artikolu 29 jew, jekk japplika, fl-Artikolu 31 fir-rigward tal-lottijiet/kuntratti individwali li l-valur stmat tagħhom huwa anqas minn EUR 80 000, nett mill-VAT, għall-provvisti u servizzi u anqas minn EUR 1 miljun, nett mill-VAT, għal xogħlijiet, iżda l-valur stmat totali tal-lottijiet kollha eżentati m’għandhomx jaqbżu l-20 % tal-valur stmat totali tal-lottijiet kollha.

8.   Il-valur ta’ ftehim qafas għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-valur massimu stmat, nett mill-VAT, tal-kuntratti kollha maħsubin għat-terminu kollu tal-ftehim qafas.

Artikolu 6

Eċċezzjonijiet

1.   Fil-każijiet li ġejjin il-BĊE jista’ jagħti kuntratt direttament lil fornitur wieħed jew ma jsegwix l-obbligi proċedurali speċifiċi:

(a)

meta, għal raġunijiet obbligatorji, il-kuntratt jista’ jingħata biss lill-fornitur wieħed. Ir-raġunijiet jistgħu jkunu ta’ natura teknika, artistika jew legali, imma mhux ekonomika;

(b)

meta għal raġunijiet ta’ urġenza kbira li tinqala’ minħabba ġrajjiet mhux previsti għall-BĊE, it-termini taż-żmien għall-proċeduri ta’ l-akkwisti ma jkunux jistgħu jitħarsu;

(ċ)

meta l-BĊE ikun ikklassifika l-kuntratt bħala sigriet jew meta l-eżekuzzjoni tal-kuntratt għandha tiġi akkumpanjata minn miżuri ta’ sigurtà speċjali, skond ir-regoli tal-BĊE dwar sigurtà jew meta l-protezzjoni ta’ l-interessi essenzjali tal-BĊE jkunu jeħtieġu hekk;

(d)

fl-każ ta’ provvisti meta l-prodotti involuti huma immanifatturati sempliċiment għall-iskop ta’ riċerka, esperimentazzjoni, studju jew żvilupp; din id-dispożizzjoni ma testendix għall-produzzjoni fil-kwantità biex tiġi stabbilita l-vijabbiltà kummerċjali jew biex jinġabru l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp;

(e)

fil-każ ta’ xiri ta’ provvisti b’kundizzjonijiet vantaġġużi ħafna, jew minn fornitur li jkun qed jillikwida l-attivitajiet kummerċjali tiegħu, jew ir-riċevituri jew l-istralċjarji f’falliment, arranġament mal-kredituri, jew proċedura simili skond il-liġijiet nazzjonali jew regolamenti.

2.   Irrispettivament mill-valur tal-kuntratt, il-BĊE jista’ jagħmel sejħa għal offerti għal kuntratt skond l-Artikolu 29 jekk l-oġġett prinċipali tal-kuntratt huwa wieħed mis-servizzi li ġejjin:

(a)

servizzi tal-lukandi u r-ristoranti;

(b)

servizzi legali;

(ċ)

l-ippostjar tal-persunal u servizzi ta’ provvista;

(d)

servizzi ta’ investigazzjoni u ta’ sigurtà;

(e)

servizzi edukattivi u ta’ edukazzjoni vokazzjonali;

(f)

servizzi rikreattivi, kulturali u sportivi.

Artikolu 7

Perjodu ta’ żmien u estensjonijiet

1.   Bħala regola kuntratt m’għandux idum aktar minn erba’ snin ħlief f’każijiet ġustifikati.

2.   Jekk kuntratt jiġi konkluż għal terminu fiss, dan it-terminu jista’ jiġi estiż għal aktar mit-terminu inizjali bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-avviż ta’ kuntratt jew, fil-każ ta’ proċedura skond il-Kapitolu III it-talba għal proposta, kienu jaħsbu għall-possibbiltà ta’ estensjonijiet; u

(b)

l-estensjonijiet possibbli huma debitament ġġustifikati; u

(ċ)

l-estensjonijiet possibbli tqiesu meta ġie kkalkulat il-valur tal-kuntratt skond l-Artikolu 5 ta’ din id-Deċiżjoni.

L-estensjonijiet kollha m’għandhomx jaqbżu t-terminu inizjali tal-kuntratt.

3.   Altrimenti, it-terminu ta’ kuntratt b’terminu fiss jista’ jiġi estiż biss skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6.

Artikolu 8

Provvisti, servizzi u xogħlijiet addizzjonali

1.   Il-BĊE jista’ jordna provvisti, servizzi u xogħlijiet addizzjonali mill-kuntrattur li inizjalment kien ingħata l-kuntratt iżda:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sejħa għal offerti għandha taħseb għal provvisti, servizzi u xogħlijiet addizzjonali bħala għażla; u

(b)

il-provvisti, is-servizzi u x-xogħlijiet addizzjonali kienu tqiesu meta ġie kkalkolat l-valur tal-kuntratt skond l-Artikolu 5 ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Barra minn dan, il-BĊE jista’ jordna mingħand il-kuntrattur inizjali l-provvisti, is-servizzi u x-xogħlijiet addizzjonali li jinqala’ l-bżonn tagħhom biex jintlaħaq l-iskop tal-kuntratt minħabba ċirkustanzi mhux previsti, iżda:

(a)

il-provvisti, is-servizzi u x-xogħlijiet addizzjonali ma jkunux jistgħu teknikament jew ekonomikament jiġu separati mill-kuntratt inizjali mingħajr inkonvenjent kbir; jew

(b)

il-provvisti, is-servizzi u x-xogħlijiet addizzjonali, għalkemm separabbli mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt inizjali, huma strettament meħtieġa biex jitlesta.

Iżda, l-valur aggregat tal-provvisti, is-servizzi u x-xogħlijiet m’għandux jaqbeż bħala regola l-50 % ta’ l-ammont tal-kuntratt inizjali.

3.   Jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ma jiġux sodisfatti, kuntratti għall-provvisti, is-servizzi u x-xogħlijiet addizzjonali jistgħu jingħataw biss skond l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni.

KAPITOLU II

PROĊEDURI TA’ SEJĦIET GĦAL OFFERTI PUBBLIĊI

TAQSIMA 1

Tipi ta’ proċeduri

Artikolu 9

Deskrizzjoni fil-qosor

1.   Il-BĊE għandu jagħti kuntratti li l-valur stmat tagħhom jaqbeż il-limitu ta’ ammonti stabbiliti iktar ‘il fuq bi proċedura miftuħa. F’każijiet ġustifikati l-BĊE jista’ japplika proċedura ristretta, proċedura nnegozjata jew djalogu kompetittiv skond il-kundizzjonijiet ta’ hawn taħt.

2.   Il-BĊE jista’ jagħmel ukoll ftehim ta’ qafas jew sistemi ta’ xiri dinamiċi u jagħti kuntratti fuq dik il-bażi skond il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt fl-Artikoli 15 u 16 rispettivament.

3.   Il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiżdiedu b’irkant elettroniku kif deskritt hawn isfel fl-Artikolu 17.

4.   Il-BĊE jista’ jniedi wkoll kompetizzjonijiet għal disinn. Il-proċedura għal kompetizzjoni għal disinji għandha tiġi stabbilita fl-avviż tal-kompetizzjoni u tikkonforma mal-prinċipji ġenerali tal-kompetizzjonijiet għal disinji.

Artikolu 10

Pubblikazzjoni ta’ opportunitajiet għal akkwisti

1.   Jekk il-BĊE jkun irid jagħmel proċedura għal sejħa għal offerti skond ir-regoli stabbiliti f’dan il-Kapitolu II għandu jippubblika avviż ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u permezz tal-websajt tal-BĊE. Kull meta jkun xieraq, il-BĊE jista’ jagħmel riklami fil-medja rilevanti oħra. L-avviżi fuq il-websajt u/jew medja oħrajn m’għandhomx jippreċedu l-pubblikazzjoni ta’ l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali. Fil-każ ta’ diskrepanzi bejn il-verżjonijiet differenti ta’ l-avviż, il-verżjoni ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali hija awtentika u għandha tieħu preċedenza fuq il-verżjonijiet l-oħrajn.

2.   Il-BĊE jista’ jippubblika wkoll avviż ta’ informazzjoni minn qabel li jindika l-valur stmat totali tal-kuntratti, skond il-kategorija ta’ servizzi jew gruppi ta’ prodotti, u l-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratti tax-xogħol li fiħsiebu jagħti matul sena ta’ l-estimi. F’dan il-każ, it-termini biex jintbagħtu l-applikazzjonijiet u l-offerti skond l-Artikolu 18(4) jistgħu jitqassru għall-akkwisti kollha indikati fl-avviż.

Artikolu 11

Proċedura miftuħa

1.   Mal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, il-fornituri kollha interessati jistgħu jitolbu l-konsenja ta’ l-istedina għal offerti jekk mhijiex disponibbli elettronikament. Il-BĊE għandu jipprovdi l-istedina għal offerti fi żmien sitt ijiem minn meta jirċievi t-talba iżda t-talba għandha issir fiż-żmien biżżejjed qabel it-terminu biex jintbagħtu l-offerti.

2.   Dawk interessati li jagħmlu l-offerta għandhom jibagħtu l-offerta tagħhom fit-termini ffissati mill-BĊE u jinkludu d-dokumentazzjoni kollha mitluba mill-BĊE.

3.   Il-BĊE għandu jagħti l-kuntratt lil min jagħmel offerta li tissodisfa l-aħjar il-kriterji ta’ l-għoti stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt/l-istedina għal offerti.

Artikolu 12

Proċedura ristretta

1.   Il-BĊE jista’ japplika l-proċedura ristretta jekk:

(a)

il-ħtiġijiet tal-BĊE jistgħu jiġu ddefiniti f’tant dettall li s-sejħiet għal offerti jistgħu jitqabblu ma’ xulxin u l-kuntratt jista’ jingħata mingħajr aktar negozjati ma’ min jagħmel l-offerta; u

(b)

jkun meħtieġ li jiġi ristrett in-numru ta’ sejħiet għal offerti għal raġunijiet amministrattivi jew minħabba n-natura ta’ l-akkwist.

2.   Meta jiġi ppubblikat l-avviż ta’ kuntratt fornituri interessati jistgħu japplikaw għall-parteċipazzjoni fil-proċedura ristretta. Għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom fl-iskadenza speċifikata fl-avviż ta’ kuntratt u jipprovdu d-dokumentazzjoni mitluba mill-BĊE.

3.   Il-BĊE għandu jivverifika l-eliġibbiltà tal-kandidati u jivvaluta l-applikanti skond il-kriterji ta’ l-għażla stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt. Il-BĊE għandu jistieden ta’ l-anqas ħames kandidati eliġibbli li jissodisfaw l-kriterji ta’ l-għażla biex jibagħtu offerta, iżda għandu jkun hemm numru suffiċjenti ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta’ l-għażla. L-istedina għal offerti għandha tintbagħat bil-miktub b’mod simultanju lill-kandidati kollha mistiedna biex jibagħtu offerta.

4.   Dawk mistiedna għandhom jibagħtu l-offerta tagħhom fit-terminu ffissat mill-BĊE u jinkludu d-dokumentazzjoni mitluba mill-BĊE.

5.   Il-BĊE għandu jagħti l-kuntratt lil dak li jagħmel l-offerta li tissodisfa l-aħjar il-kriterji ta’ l-għoti stabbiliti fl-istedina għal offerta.

Artikolu 13

Proċedura nnegozjata

1.   Il-BĊE jista’ japplika proċedura nnegozjata fil-każijiet eċċezzjonali li ġejjin:

(a)

meta n-natura tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jew ir-riskji li hemm magħhom ma jippermettux li jkun hemm prezz globali minn qabel; jew

(b)

fejn in-natura tas-servizzi hija tali li l-ispeċifikazzjonijiet ma jistgħux ikunu stabbiliti bi preċiżjoni suffiċjenti biex il-kuntratt ikun jista’ jingħata bl-għażla ta’ l-aħjar offerta skond ir-regoli li jiggvernaw proċeduri miftuħin jew ristretti.

2.   Il-BĊE jista’ juża wkoll l-proċedura nnegozjata meta ma jkunu nkisbu l-ebda offerti aċċettabbli b’risposta għal proċedura miftuħa jew ristretta jew djalogu kompetittiv sakemm il-kundizzjonijiet oriġinali tal-kuntratt ma jkunux inbidlu b’mod sostanzjali. Il-BĊE jista’ ma jippubblikax avviż ta’ kuntratt ġdid jekk jinkludi fil-proċedura nnegozjata esklużivament kull min għamel l-offerti u pparteċipa fil-proċedura ta’ qabel, issodisfa l-kriteri ta’ l-għazla u bagħat l-offerta tiegħu skond il-ħtiġijiet formali ta’ l-offerta. Jekk ma tkun inkisbet l-ebda offerta jew l-ebda offerta li tissodisfa l-ħtiġijiet formali tas-sejħa għal offerti l-BĊE jista’ jibda wkoll proċedura nnegozjata mingħajr avviż skond l-Artikolu 29.

3.   Meta jiġi ppubblikat avviż ta’ kuntratt, fornituri interessati jistgħu japplikaw għall-parteċipazzjoni fil-proċedura nnegozjata. Għandhom jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom sa l-iskadenza speċifikata fl-avviż ta’ kuntratt u jipprovdu d-dokumentazzjoni mitluba mill-BĊE.

4.   Il-BĊE għandu jivverifika l-eliġibbiltà tal-kandidati u jivvaluta l-applikazzjonijiet skond il-kriterji ta’ l-għażla stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt. Il-BĊE għandu jistieden mill-anqas tliet kandidati eliġibbli li jissodisfaw il-kriterji ta’ l-għażla biex jagħmlu offerta, iżda għandu jkun hemm numru biżżejjed ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta’ l-għażla. L-istedina għal offerta għandha tintbagħat bil-miktub u b’mod simultanju lill-kandidati kollha mistiedna biex jibagħtu offerta.

5.   Wara l-valutazzjoni ta’ l-offerti, il-BĊE jista’ jinnegozja ma’ min jagħmel offerta biex l-offerta tiegħu tiġi konformi mal-ħtiġijiet tal-BĊE. Il-BĊE jista’ jibda negozjati jew:

(a)

ma’ min ikun għamel l-aħjar offerta. Jekk in-negozjati ma’ dan ifallu, il-BĊE jista’ jibda negozjati ma’ min ikun għamel it-tieni l-aħjar offerta; jew

(b)

b’mod simultanju ma’ kull min għamel offerta li essenzjalment tissodisfa il-ħtiġijiet tekniċi u kummerċjali tal-BĊE. F’dak il-każ, in-numru ta’ dawk li jkunu għamlu l-offerti li jiġu ammessi għan-negozjati jista’ jitnaqqas fi stadji suċċessivi bl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ l-għoti stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt jew l-istedina għal offerta.

Qabel ma jibdew in-negozjati, il-BĊE għandu jinforma lil kull min għamel l-offerta fuq kif ser jitmexxew in-negozjati.

6.   L-ambitu tan-negozjati jista’ jinkludi l-offerti tekniċi ta’ min jagħmel l-offerta, offerti kummerċjali u l-pattijiet u l-kundizzjonijiet kuntrattwali iżda l-ambitu tal-proċedura tas-sejħa għal offerti m’għandux jinbidel b’mod sostanzjali. Il-BĊE jista’ jistieden ukoll lil min jagħmel offerta biex jibgħat offerta riveduta. Matul in-negozjati l-BĊE għandu jiżgura t-trattament ugwali ta’ kull min jagħmel offerta li jiġi mistieden għan-negozjati.

7.   Meta jagħlqu n-negozjati, il-BĊE għandu jagħti l-kuntratt lil min ikun issodisfa l-aħjar il-kriterji ta’ l-għoti fl-offerta tiegħu kif stabbilit fl-avviż ta’ kuntratt jew l-istedina għal offerti.

Artikolu 14

Djalogu kompetittiv

1.   Il-BĊE jista’ jagħmel djalogu kompetittiv fil-każ ta’ kuntratti partikolarment kumplessi meta ma jkunx possibbli li jiġu definiti l-ħtiġijiet tal-BĊE b’mod li l-kuntratt jista’ jingħata permezz ta’ proċedura miftuħa jew ristretta.

2.   Mal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, fornituri interessati jistgħu japplikaw għall-parteċipazzjoni fid-djalogu. Għandhom jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom sa l-iskadenza speċifikata fl-avviż ta’ kuntratt u jipprovdu d-dokumentazzjoni mitluba mill-BĊE.

3.   Il-BĊE għandu jivverifika l-eliġibbiltà tal-kandidati u jivvaluta l-applikazzjonijiet skond il-kriterji ta’ l-għażla stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt. Il-BĊE għandu jistieden mill-anqas tliet kandidati eliġibbli biex jipparteċipaw fid-djalogu u jipprovdihom b’talba għal proposta li tispjega l-ħtiġijiet tal-BĊE. L-għan tad-djalogu huwa biex tiġi identifikata s-soluzzjoni li hija l-aktar xierqa biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-BĊE. Il-BĊE jista’ jiddiskuti l-aspetti kollha tal-kuntratt mal-kandidati magħżulin.

4.   Matul id-djalogu, il-BĊE għandu jiżgura trattament ugwali mal-kandidati kollha. Barra minn hekk, il-BĊE m’għandux jiżvela lill-kandidati l-oħrajn soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni konfidenzjali oħra kkommunikata minn kandidat li jipparteċipa fid-djalogu mingħajr il-ftehim tagħhom bil-miktub.

5.   Il-BĊE għandu jkompli d-djalogu sakemm ikun jista’ jidentifika s-soluzzjoni jew soluzzjonijiet, jekk meħtieġ wara li jqabbilhom, li jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tiegħu. Jekk ikun pprovdut hekk fl-avviż ta’ kuntratt jew it-talba għal proposta, il-BĊE jista’ jagħmel id-djalogu fi stadji suċċessivi biex inaqqas in-numru ta’ soluzzjonijiet li jiġu diskussi matul l-istadju tad-djalogu. Il-BĊE għandu jagħżel soluzzjonijiet biex jiġu kkunsidrati billi jiġu applikati l-kriterji ta’ l-għoti stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt jew it-talba għal proposta.

6.   Meta jiddikjara li d-djalogu ġie konkluż, il-BĊE għandu jistaqsi lill-kandidati parteċipanti fid-djalogu biex jibagħtu l-offerti finali fuq il-bażi tas-soluzzjonijiet ppreżentanti u speċifikati matul id-djalogu.

7.   Il-BĊE għandu jivvaluta l-offerti li jirċievi skond l-kriterji ta’ l-għoti stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt jew it-talba għal proposta. Il-BĊE jista’ jitlob lil kull min jagħmel offerta biex jikkjarifika jew jispeċifika ċerti aspetti ta’ l-offerta tagħhom jew biex jiġu kkonfermati impenji li jinsabu fl-offerta iżda dan m’għandux ikollu l-effett li jimmodifika aspetti sostanzjali ta’ l-offerta jew jgħawweġ il-kompetizzjoni jew jikkawża d-diskriminazzjoni. Meta titlesta l-valutazzjoni, il-BĊE għandu jagħti l-kuntratt lil dak li jkun għamel l-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament.

Artikolu 15

Ftehim qafas

1.   Il-BĊE jista’ juża ftehim qafas f’każijiet fejn b’mod regolari jikkonkludi kuntratti għal provvisti, servizzi jew xogħlijiet simili, mingħajr ma jkun jista’ jiddefinixxi l-ħinijiet ta’ konsenja eżatti u/jew il-ħtiġijiet ddettaljati.

2.   Għall-finijiet tal-konklużjoni ta’ kuntratt li huwa ftehim qafas, il-BĊE għandu jsegwi l-proċeduri msemmijin iktar ‘il fuq għall-fażijiet kollha sakemm jingħata l-ftehim qafas. Jekk il-BĊE ikun irid jikkonkludi ftehim qafas ma’ diversi fornituri għandu jagħti ta’ l-anqas tliet ftehim iżda għandu jkun hemm numru suffiċjenti ta’ fornituri li jissodisfaw il-kriterji ta’ l-għażla u ta’ għoti. L-avviż ta’ kuntratt għandu jispeċifika l-firxa u n-numru ta’ ftehim qafas li għandu jingħata.

Il-kuntratti ibbażati fuq il-ftehim qafas għandhom jingħataw skond il-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu.

3.   Meta ftehim qafas jiġi konkluż ma’ fornitur wieħed, kuntratti bbażati fuq dak il-ftehim għandhom jingħataw fil-limiti tat-termini stabbiliti fil-ftehim qafas. Safejn ikun meħtieġ, il-BĊE jista’ jitlob lill-fornitur bil-miktub biex jissupplimenta l-offerta inizjali tiegħu. Dawn l-offerti supplimentari m’għandhomx iġibu bidliet sostanzjali għall-pattijiet u l-kundizzjonijiet preskritti fil-ftehim qafas.

4.   Meta ftehim qafas jiġi konkluż ma’ diversi fornituri, il-kuntratti jistgħu jingħataw jew:

(a)

bl-applikazzjoni ta’ kriterji stabbiliti fil-ftehim qafas mingħajr ma jerġa’ jkun hemm kompetizzjoni; jew

(b)

meta kriterji bħal dawn ma jkunux definiti, il-BĊE jista’ jerġa’ jniedi kompetizzjoni fost il-fornituri li magħhom ikun hemm ftehim qafas.

Fl-aħħar każ, il-BĊE għandu jagħti l-kuntratt skond il-proċedura li ġejja:

il-BĊE għandu jistieden lill-fornituri bil-miktub biex jibagħtu offerta qabel it-terminu speċifikat fit-talba għal proposta. It-talba għal proposta għandha tispeċifika wkoll il-kriterji li fuq il-bażi tagħhom ser jingħata l-kuntratt, u

il-fornituri għandhom jibagħtu l-offerti tagħhom bil-miktub fit-terminu stabbilit tal-BĊE, u

il-BĊE għandu jagħti l-kuntratt lil min ikun għamel l-aħjar offerta fuq il-bażi tal-kriterji ta’ l-għoti stabbilit fit-talba għal proposta.

Artikolu 16

Sistemi ta’ xiri dinamiċi

1.   Il-BĊE jista’ jakkwista oġġetti, servizzi u xogħlijiet użati b’mod komuni permezz ta’ sistemi ta’ xiri dinamiċi. Sakemm ma jkunx speċifikat xort’oħra f’dan l-Artikolu, il-proċedura għandha ssegwi r-regoli tal-proċedura miftuħa.

2.   Għall-finijiet tat-twaqqif ta’ sistema ta’ xiri dinamika, il-BĊE għandu:

(a)

jippubblika avviż ta’ kuntratt li jgħid li qed tintuża sistema ta’ xiri dinamika u jkun fih referenza għall-indirizz fuq l-Internet fejn jistgħu jinstabu l-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerta; u

(b)

joffri b’mezzi elettroniċi, mal-pubblikazzjoni ta’ l-avviż u sa ma tiskadi s-sistema, aċċess bla restrizzjonijiet, dirett u sħiħ għall-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti u kull dokument addizzjonali ieħor; u

(ċ)

jindika fil-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti, fost affarijiet oħrajn, il-kriterji ta’ l-għażla u ta’ għoti, in-natura tax-xiri maħsub taħt dik is-sistema, kif ukoll l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-sistema tax-xiri, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti tal-konnessjoni teknika u l-ispeċifikazzjonijiet.

3.   Kemm iddum miftuħa s-sistema għandha tkun disponibbli għall-kwalunkwe fornitur li jissodisfa l-kriterji ta’ l-għażla u jkun bagħat offerta indikattiva li tikkonforma mal-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti. Min jagħmel offerta jista’ f’kull ħin itejjeb l-offerta indikattiva tiegħu iżda għandu jibqa’ jikkonforma mal-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti. L-ebda drittijiet m’għandhom jintalbu mingħand min jagħmel offerta.

4.   Meta jirċievi l-offerti indikattivi, il-BĊE għandu jivverifika fi żmien raġonevoli l-eliġibbiltà u l-konformità ta’ min jagħmel offerta mal-kriterji ta’ l-għażla. Għandu jivverifika wkoll jekk l-offerti indikattivi jissodisfawx il-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti. Il-BĊE għandu jinforma lil min jagħmel offerta ma’ l-ewwel opportunità li jkun ġie ammess fis-sistema ta’ xiri dinamika jew li jkun ġie miċħud.

5.   Kull kuntratt speċifiku li l-valur tiegħu jaqbeż il-limiti ta’ l-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 4(3) għandu jkollu stedina għal offerta separata. Qabel ma toħroġ din l-istedina, il-BĊE għandu jippubblika avviż ta’ kuntratt simplifikat fil-Ġurnal Uffiċjali fejn jistieden il-fornituri kollha interessati biex jibagħtu offerta indikattiva, f’terminu li m’għandux ikun anqas minn 15-il jum mid-data meta jintbagħat l-avviż sempliċi. Il-BĊE m’għandux ikompli bis-sejħa għal offerti sakemm ma jkunx lesta l-valutazzjoni ta’ l-offerti kollha indikattivi li jkunu ġew irċevuti sa dak it-terminu.

6.   Meta titlesta l-valutazzjoni, il-BĊE għandu jistieden lil kull min għamel l-offerta li jkun ġie ammess fis-sistema biex jibgħat offerta fi żmien raġonevoli. Il-BĊE għandu jagħti l-kuntratt lil min ikun għamel l-aħjar offerta skond il-kriterji ta’ l-għoti stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt għat-twaqqif ta’ sistema ta’ xiri dinamika. Jekk ikun xieraq dawk il-kriterji jistgħu jiġu fformulati b’mod aktar preċiż fl-istedina għal offerti.

7.   Jekk il-valur ta’ kuntratt speċifiku huwa anqas mil-limitu ta’ ammonti stabbiliti fl-Artikolu 4(3) il-BĊE jista’ jistieden ħames jew tliet persuni li jkunu għamlu offerta ammessi fis-sistema skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29.

8.   Sistema ta’ xiri dinamika m’għandhiex tibqa’ għal aktar minn erba’ snin, ħlief f’każijiet debitament iġġustifikati.

Artikolu 17

Irkantijiet elettroniċi

1.   Ħlief għal djalogi kompetittivi, il-BĊE jista’ jissupplimenta l-proċeduri tas-sejħiet għal offerti imsemmijin iktar ‘il fuq b’irkant elettroniku iżda l-ispeċifikazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu stabbiliti bi preċiżjoni.

L-irkant elettroniku għandu jkun ibbażat fuq:

(a)

jew il-prezzijiet biss meta l-kuntratt jingħata skond l-orħos prezz, jew

(b)

skond il-prezzijiet u/jew il-valuri l-ġodda tal-karatteristiċi tas-sejħa għal offerti indikati fis-sejħa għal offerti meta l-kuntratt jingħata lill-offerta li tkun l-aktar vantaġġuża ekonomikament.

2.   Jekk il-BĊE jkun irid jagħmel irkant elettroniku għandu jgħid dan fl-avviż ta’ kuntratt. Barra minn hekk, l-istedina għal offerti għandha tinkludi, fost l-oħrajn, id-dettalji li ġejjin:

(a)

il-karatteristiċi, li l-valuri għalihom ikunu s-suġġett ta’ l-irkant elettroniku, iżda dawk il-karatteristiċi għandhom ikunu kwantifikabbli u jistgħu jiġu mfissrin f’figuri jew perċentwali;

(b)

kull limitu fuq il-valuri li jistgħu jintbagħtu, kif jirriżultaw mill-ispeċifikazzjonijiet dwar is-suġġett tal-kuntratt;

(ċ)

l-informazzjoni li ssir disponibbli lil min jagħmel offerta matul l-irkant elettroniku u, meta jkun xieraq, meta tkun disponibbli għalihom;

(d)

l-informazzjoni rilevanti dwar il-proċess ta’ irkant elettroniku;

(e)

il-kundizzjonijiet li taħthom min jagħmel offerta jkun jista’ joffri u, b’mod partikolari, id-differenzi minimi li, meta jkun xieraq, ikunu meħtieġa meta ssir l-offerta tal-prezz;

(f)

l-informazzjoni rilevanti dwar it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnessjoni.

3.   L-irkant elettroniku għandu jinbeda biss wara li jintbagħtu l-offerti u ssir l-valutazzjoni inizjali. Kull min jagħmel offerta ammissibbli għandu jiġi mistieden simultanjament b’mezzi elettroniċi biex jibgħat prezzijiet u/jew valuri ġodda; l-istedina għandu jkollha l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-konnessjoni individwali mat-tagħmir elettroniku li qed jintuża u għandha ssemmi d-data u l-ħin ta’ l-irkant elettroniku. L-irkant elettroniku jista’ jsir f’numru ta’ fażijiet suċċessivi. L-irkant elettroniku ma jistax jibda qabel jumejn tax-xogħol wara d-data meta jkunu ħarġu l-istediniet.

4.   Meta l-kuntratt għandu jingħata fuq il-bażi ta’ l-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, l-istedina għandha tkun akkumpanjata bl-eżitu tal-valutazzjoni sħiħa ta’ min ikun għamel l-offerta rilevanti. L-istedina għandha ssemmi ukoll il-formula matematika li għandha tintuża fl-irkant elettroniku għad-determinazzjoni tar-rikklassifikar awtomatiku fuq il-bażi tal-prezzijiet il-ġodda u/jew il-valuri ġodda mibgħutin. Dik il-formula għandha tinkorpora l-ippeżar tal-kriterji fissi kollha għad-determinazzjoni ta’ l-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, kif indikat fl-avviż tal-kuntratt jew fid-dokumenti ta’ l-offerta; għal dak il-għan, kull medda għandha madankollu, titnaqqas minn qabel għal valur speċifikat. Meta jiġu awtorizzati varjanti għandha tiġi pprovduta formula separata għal kull varjant.

5.   Matul kull fażi ta’ irkant elettroniku l-BĊE għandu b’mod istantanju jikkomunika, ma’ kull min jagħmel offerta, ta’ l-anqas biżżejjed informazzjoni biex ikun jista’ jaċċerta l-ikklassifikar relattiv tiegħu f’kull mument. Jista’ jikkomunika wkoll informazzjoni oħra dwar prezzijiet jew valuri oħra sottomessi, bil-kundizzjoni li dak huwa stipulat fid-dokumenti ta’ l-offerta. F’kull ħin jista’ wkoll iħabbar in-numru ta’ parteċipanti f’dik il-fażi ta’ l-irkant. Madankollu l-BĊE m’għandux jiżvela l-identità ta’ kull min jagħmel offerta matul kwalunkwe fażi ta’ l-irkant elettroniku.

6.   Il-BĊE għandu jagħlaq irkant elettroniku wara l-iskadenza tat-terminu indikat fl-istedina għall-parteċipazzjoni fl-irkant. It-terminu jista’ jingħata bħala data u ħin speċifiku jew bħala perjodu ta’ żmien li għandu jgħaddi wara s-sottomissjoni ta’ l-aħħar offerta bi prezzijiet jew valuri ġodda. Il-BĊE għandu jispeċifika fl-istedina l-orarju għall-irkantijiet li jsiru f’fażijiet.

7.   Wara li jagħlaq irkant elettroniku il-BĊE għandu jagħti l-kuntratt fuq il-bażi tar-riżultati ta’ l-irkant elettroniku.

Artikolu 18

Termini biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet u biex jiġu rċevuti l-offerti

1.   Meta jiġu ffissati t-termini biex jiġu rċevuti l-offerti jew l-applikazzjonijiet, il-BĊE għandu jikkunsidra partikolarment il-kumplessità tal-kuntratt u l-ħin meħtieġ għat-tħejjija ta’ l-offerti, mingħajr preġudizzju għat-termini minimi ffissati minn dan l-Artikolu.

2.   Fil-każ ta’ proċeduri miftuħin, it-terminu minimu biex jiġu rċevuti l-offerti għandu jkun ta’ 52 jum mid-data meta jintbagħat l-avviż ta’ kuntratt.

3.   Fil-każ ta’ proċeduri ristretti, proċeduri nnegozjati u d-djalogu kompetittiv:

(a)

it-terminu minimu biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet għandu jkun ta’ 37 jum mid-data meta jintbagħat l-avviż ta’ kuntratt; u

(b)

it-terminu biex jiġu rċevuti l-offerti għandu jkun ta’ 40 jum mid-data meta tintbagħat l-istedina għal offerti.

4.   Meta l-BĊE jkun ippubblika avviż ta’ informazzjoni minn qabel skond l-Artikolu 10(2), li jkun intbagħat mill-anqas 52 jum qabel l-avviż ta’ kuntratt, it-terminu minimu biex jiġu rċevuti l-offerti, bħala regola ġenerali, għandu jitqassar għal 36 jum, imma taħt l-ebda ċirkustanza għal anqas minn 22 jum.

5.   Meta avviżi ta’ kuntratt jitħejjew u jiġu trażmessi b’mezzi elettroniċi skond il-format u l-proċeduri għat-trażmissjoni preskritti mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej it-termini biex jiġu rċevuti l-offerti u l-applikazzjonijiet jistgħu jitqassru għal sebat ijiem.

6.   It-termini biex jiġu rċevuti l-offerti jistgħu jitnaqqsu b’ħamest ijiem jekk il-BĊE joffri aċċess mhux ristrett u dirett permezz ta’ mezzi elettroniċi għall-istedina għal offerta mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ l-avviż ta’ kuntratt u jekk it-test ta’ l-avviż jispeċifika l-indirizz ta’ l-Internet fejn din id-dokumentazzjoni hija aċċessibbli. Dan it-tnaqqis jista’ jiżdied ma’ dak imsemmi fil-paragrafu 5.

7.   Jekk, fi proċedura miftuħa, l-istedina għal offerta, għalkemm mitluba fi żmien, ma ssirx f’sitt ijiem, jew meta l-offerti jistgħu jsiru biss wara żjara fil-post jew wara spezzjoni fil-post tad-dokumenti li jakkumpanjaw l-istedina għal offerti, it-termini biex jiġu rċevuti l-offerti għandhom jiġu estiżi biex il-fornituri kollha jkollhom biżżejjed żmien biex jippreparaw l-offerti.

8.   Fil-każ ta’ proċeduri ristretti u proċeduri nnegozjati, il-BĊE jista’ japplika proċedura aċċellerata, fejn minħabba l-urġenza t-termini stabbiliti f’dan l-Artikolu ma jkunux prattiċi. F’dak il-każ għandhom japplikaw it-termini li ġejjin:

(a)

terminu għall-irċevuta ta’ applikazzjonijiet li jistgħu ma jkunux anqas minn 15-il jum mid-data meta l-avviż ta’ kuntratt ikun intbagħat, jew inqas minn 10 ijiem jekk l-avviż intbagħat b’mezzi elettroniċi, skond il-format u l-proċedura biex jintbagħtu l-avviżi; u

(b)

terminu biex jiġu rċevuti l-offerti li m’għandux ikun anqas minn 10 ijiem mid-data ta’ meta tiġi rċevuta l-istedina għal-offerta.

9.   Qabel id-data ta’ l-iskadenza, il-BĊE jista’ jestendi t-termini stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt jew id-dokumentazzjoni tas-sejħa għal offerti jekk jimmodifika d-dokumentazzjoni tas-sejħa għal offerti jew f’każijiet oħrajn debitament iġġustifikati.

TAQSIMA 2

Kif titmexxa l-proċedura

Artikolu 19

Komunikazzjoni mal-kandidati u ma’ min jagħmel l-offerta

1.   Matul il-proċedura tas-sejħa għal offerti, il-kandidati u min jagħmel offerta għandhom jikkomunikaw biss mal-persuna(i) ta’ kuntatt indikati mill-BĊE. Il-BĊE għandu jispeċifika fl-avviż ta’ kuntratt u/jew stedina għal offerta l-mezz ta’ komunikazzjoni li għandu jintuża. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu disponibbli b’mod ġenerali u mhux diskriminatorji.

2.   Il-kandidati/min jagħmel offerta għandhom jibagħtu l-applikazzjonijiet/offerti tagħhom bil-miktub skond il-ħtiġijiet stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt/stedina għal offerta.

3.   Il-BĊE jista’ jagħmel proċeduri għal sejħa għal offerti elettroniċi skond il-ħtiġijiet ġenerali għall-akkwist elettroniku kif rifless fl-Artikolu 42 tad-Direttiva ta’ l-Akkwist fir-rigward ta’ l-Anness X. F’dan il-każ, l-avviż ta’ kuntratt għandu jispeċifika partikolarment il-ħtiġijiet formali li għandhom jiġu osservati mill-kandidati/min jagħmel offerta u kif isir l-aċċess għall-pjattaforma elettronika. Il-BĊE jista’ jiddetermina li jaċċetta biss applikazzjonijiet/offerti elettroniċi.

4.   Kandidati jew min jagħmel l-offerti jistgħu jibagħtu domandi bil-miktub dwar l-avviż ta’ kuntratt, l-istedina għal offerta jew id-dokumenti li jakkumpanjawhom lill-BĊE skond il-kundizzjonijiet preskritti fl-avviż ta’ kuntratt jew l-istedina għal offerta. Il-BĊE għandu jirrispondi dawn id-domandi f’termini raġonevoli, u għandu jikkomunika r-risposti lill-kandidati/min jagħmel l-offerti fuq bażi anonima jekk huma ta’ rilevanza għalihom kollha.

5.   Il-BĊE għandu jiżgura li l-informazzjoni pprovduta mill-kandidati u minn min jagħmel offerta tiġi ttrattat u tinħażen skond il-prinċipju tal-kunfidenzjalità u, safejn tingħata data personali, skond ir-Regolament 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tad-data  (5).

Artikolu 20

Talbiet għal aktar dokumentazzjoni u kjarifiki

Wara li l-BĊE jkun fetaħ l-applikazzjonijiet jew l-offerti, jista’ jitlob lil kandidati u min jagħmel offerta biex jissupplimentaw id-dokumentazzjoni pprovduta jew biex jiġu kkjarifikati punti speċifiċi. Dawn it-talbiet m’għandhomx jgħawġu l-kompetizzjoni ġusta bejn jew iwasslu għal trattament mhux ugwali bejn il-kandidati/min jagħmel offerta u m’għandhomx iwasslu għal bidla fit-termini ta’ l-applikazzjonijiet jew l-offerti.

Artikolu 21

Rettifika tad-dokumentazzjoni tas-sejħa għal offerti

1.   Jekk il-BĊE jiskopri, qabel l-iskadenza tat-termini biex jintbagħtu l-applikazzjonijiet jew l-offerti, żball, nuqqas ta’ preċiżjoni, ommissjoni jew xi tip ieħor ta’ żball fit-test ta’ l-avviż ta’ kuntratt, l-istedina għal offerta jew id-dokumenti li jakkumpanjawhom, għandu jirrettifika l-iżball u jinforma lill-kandidati jew lil min ikun għamel l-offerta b’mod xieraq.

2.   Jekk il-kandidati jew min jagħmel offerta jikkonsidraw li l-ħtiġijiet tal-BĊE preskritti fl-avviż ta’ kuntratt, l-istedina għal offerta jew id-dokumenti li jakkumpanjawhom m’humiex kompleti, m’humiex konsistenti jew huma illegali għandhom jinnotifikaw it-tħassib tagħhom lill-BĊE bil-miktub. Il-kandidat/min jagħmel offerta għandhom jinnotifikaw it-tħassib tagħhom mingħajr dewmien wara li jsiru jafu bl-irregolarità jew meta setgħu jsiru jafu biha. Il-BĊE mbagħad jew jikkoreġi jew jissupplimenta l-ħtiġijiet kif mitlub jew jiċħad it-talba u jindika r-raġunijiet għal dan. L-oġġezzjonijiet għall-ħtiġijiet tal-BĊE li ma jiġux ikkommunikati lill-BĊE mingħajr dewmien ma jistgħux jitqajmu fi stadju aktar tard.

Artikolu 22

Stedina għal offerta

1.   Bħala regola, l-istedina għal offerta għandu jkollha ta’ l-anqas:

(a)

referenza għall-avviż ta’ kuntratt ippubblikat;

(b)

il-ħtiġijiet formali tas-sejħa għal offerti, b’mod partikolari t-terminu biex jiġu rċevuti l-offerti, l-indirizz fejn iridu jintbagħtu l-offerti, il-lingwa jew lingwi li bihom iridu jkunu miktubin l-offerti u l-forma li fiha għandhom jintbagħtu l-offerti u l-perjodu li matulu għandha tibqa’ valida l-offerta; u

(ċ)

l-għażliet dwar ix-xogħlijiet, is-servizzi u l-provvisti supplimentari, kif ukoll in-numru ta’ tiġdid u estensjonijiet possibbli; u

(d)

il-lista ta’ dokumenti li għandhom jintbagħtu minn min jagħmel l-offerta; u

(e)

l-ippeżar relattiv tal-kriterji għall-għoti tal-kuntratt jew, meta jkun xieraq, l-ordni dejjem tonqos fl-importanza ta’ dawn il-kriterji, jekk ma jingħatawx fl-avviż ta’ kuntratt.

2.   L-istedina għal offerta għandha tinkludi:

(a)

kopja ta’ l-ispeċifikazzjonijiet li tfisser il-ħtiġijiet tal-BĊE jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, kopja ta’ talba għal proposta li tiddefinixxi l-ħtiġijiet tal-BĊE; u

(b)

kopja ta’ l-abbozz tal-kuntratt, tal-pattijiet u kundizzjonijiet ġenerali tal-BĊE jew tad-dokument li jispeċifika l-karatteristiċi ewlenin tal-kuntratt; u

(ċ)

kull dokumentazzjoni oħra li l-BĊE jikkonsidra ta’ rilevanza.

Jekk dawn id-dokumenti isiru disponibbli b’mezzi elettroniċi l-istedina għal offerta għandha tispeċifika kif min jagħmel offerta jista’ jkollu aċċess għalihom.

TAQSIMA 3

Valutazzjoni

Artikolu 23

Ġenerali

1.   Il-BĊE għandu jivvaluta l-offerti kollha skond il-kriterji ta’ l-għoti kif imsemmi fl-Artikolu 26 wara li jkun

ivverifika l-ħtiġijiet formali tas-sejħa għal offerti, u

ivverifika l-eliġibbiltà ta’ min jagħmel l-offerti kif imsemmi fl-Artikolu 24, u

ivvaluta jekk ġewx sodisfatti l-kriterji ta’ l-għażla msemmijin fl-Artikolu 25.

2.   Il-BĊE għandu jagħti l-kuntratt lil min jagħmel offerta li tissodisfa l-aħjar il-kriterji ta’ l-għoti.

3.   L-applikazzjonijiet u l-offerti m’għandhomx jinfetħu qabel l-iskadenza tad-data ta’ meta jridu jintbagħtu. L-applikazzjonijiet u l-offerti għandhom jinfetħu fil-preżenza ta’ mill-inqas żewġ membri ta’ l-istaff; il-ftuħ għandu jitniżżel f’minuti. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-kandidati jew min jagħmel offerta ma jistgħux jattendu l-ftuħ.

4.   Il-proċess ta’ valutazzjoni u l-eżitu għandu jiġi ddokumentat fir-rapport tal-valutazzjoni.

Artikolu 24

L-eliġibbiltà tal-kandidati/min jagħmel l-offerta

1.   Bla ħsara għall-paragrafi li ġejjin, il-persuni kollha naturali jew legali residenti jew li jinsabu fl-UE huma eliġibbli biex jipparteċipaw fil-proċeduri tas-sejħa għal offerti. Il-proċeduri tas-sejħa għal offerti għandhom ikunu miftuħin ukoll b’kundizzjonijiet ugwali għall-persuni naturali u legali kollha residenti jew li jinsabu f’pajjiż terz li rratifika il-Ftehim ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fuq l-Akkwisti mill-Gvern jew li kkonkludew ma’ l-UE ftehim bilaterali fuq l-akkwisti bil-kundizzjonijiet preskritti f’kull ftehim imsemmi. Fornituri minn pajjiżi terzi oħrajn jistgħu jiġu ammessi biex jipparteċipaw fid-diskrezzjoni tal-BĊE biss.

2.   Gruppi temporanji ta’ fornituri jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri tas-sejħa għal offerti skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt jew fl-istedina għal offerta. Il-BĊE jista’ jeżiġi li gruppi temporanji jadottaw forma legali speċifika jekk il-kuntratt jingħatalhom, jekk din il-forma tkun meħtieġa għall-eżekuzzjoni korretta tal-kuntratt.

3.   Il-BĊE għandu jeskludi kandidati jew min jagħmel offerta minn parteċipazzjoni fi proċedura ta’ sejħa għal offerti jekk kellhom kontrihom sentenza li għaddiet in ġudikat għall-frodi, korruzzjoni, money laundering, involviment f’attività f’organizzazzjoni kriminali jew attività illegali oħra li hija ta’ detriment għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, tal-BĊE jew tal-BĊNi.

4.   Il-BĊE jista’ jeskludi kandidati jew min jagħmel offerta mill-parteċipazzjoni f’kull ħin jekk:

(a)

huma falluti jew fi stralċ, jew huma taħt amministrazzjoni ġudizzjarja, daħlu f’arranġament mal-kredituri, issospendew l-attivitajiet tan-negozju, huma suġġetti għal proċeduri fuq dawn l-affarijiet, jew qegħdin f’kull sitwazzjoni analoga li tiġi minn proċedura bħal din irregolata minn leġiżlazzjoni jew regolamenti nazzjonali;

(b)

instabu ħatjin ta’ reat dwar l-aġir professjonali tagħhom b’sentenza li għandha forza ta’ ġudikat;

(ċ)

kienu ħatjin ta’ mġiba ħażina gravi professjonali;

(d)

ma ħarsux l-obbligi tagħhom dwar il-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali jew il-ħlas ta’ taxxi skond id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż fejn huma stabbiliti jew ma’ dawk il-pajjiżi ta’ l-awtorità kontraenti jew tal-pajjiż fejn trid issir l-eżekuzzjoni tal-kuntratt;

(e)

ġew iddikjarati minn qorti jew tribunal ta’ l-arbitraġġ li kisru b’mod gravi kuntratt billi ma osservawx l-obbligi kuntrattwali tagħhom wara proċedura oħra ta’ sejħa għal offerti;

(f)

il-maniġment, l-istaff jew l-aġenti huma suġġetti għal kunflitt ta’ interess;

(ġ)

huma ħatjin ta’ qerq fl-għoti ta’ informazzjoni meħtieġa mill-BĊE;

(g)

jikkuntattjaw kandidati jew min jagħmel offerta oħrajn biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

5.   Kandidati jew min jagħmel offerta għandhom jiċċertifikaw li m’humiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati fuq u/jew jipprovdu l-evidenza speċifikata fl-avviż ta’ kuntratt jew l-istedina għal offerta. Jekk jinqalgħu ċirkustanzi bħal dawn matul il-proċedura l-kandidat/min jagħmel l-offerta għandu jinforma lill-BĊE mingħajr dewmien b’dan.

Artikolu 25

Kriterji ta’ l-għażla

1.   Il-BĊE għandu jispeċifika fl-avviż ta’ kuntratt il-kriterji ta’ l-għażla għall-valutazzjoni tal-kapaċità tal-kandidat/min jagħmel l-offerta biex jiġi eżegwit il-kuntratt. Il-kriterji ta’ l-għażla għandhom jikkonċernaw il-kapaċità ekonomika, finanzjarja, teknika jew professjonali tal-kandidat jew ta’ min jagħmel l-offerta.

2.   Il-BĊE jista’ jistabbilixxi l-livelli ta’ kapaċità minimi li taħthom ma jkunx jista’ jagħżel kandidati jew min jagħmel offerta. Dawn il-livelli minimi għandhom jiġu speċifikati fl-avviż ta’ kuntratt.

3.   Barra minn dan, il-BĊE jista’ jitlob lill-kandidati jew lil min jagħmel offerta biex jippruvaw li huma awtorizzati li jeżegwixxu kuntratt skond il-liġi nazzjonali, kif jidher mill-inklużjoni f’reġistru kummerċjali jew professjonali, jew dikjarazzjoni bil-miktub jew ċertifikat, is-sħubija f’organizzazzjoni speċifika, awtorizzazzjoni espressa, jew daħla fir-reġistru tal-VAT.

4.   Il-BĊE għandu jispeċifika fl-avviż ta’ kuntratt id-dokumenti li għandhom jintbagħtu minn kandidati jew min jagħmel offerta bħala prova tal-kapaċità finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tagħhom. Id-dokumentazzjoni mitluba m’għandhiex tmur lil hinn mis-suġġett tal-kuntratt u għandha tikkunsidra l-interessi leġittimi tal-fornituri fir-rigward tal-protezzjoni tas-sigrieti tekniċi u tan-negozju.

5.   Jekk, għal xi raġuni eċċezzjonali li l-BĊE jikkunsidra ġġustifikata, min jagħmel l-offerta jew il-kandidat ma jkunux jistgħu jipprovdu d-dokumenti meħtieġa, jistgħu jippruvaw il-kapaċità tagħhom b’kull mezz ieħor li l-BĊE jikkonsidra xieraq.

6.   Fornitur jista’, meta jkun xieraq u għal kuntratt partikolari, jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħrajn, immaterjalment min-natura legali tar-rabtiet li jkollu magħhom. F’dak il-każ għandu jipprova lill-BĊE li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Taħt l-istess kundizzjonijiet, grupp temporanju ta’ fornituri jista’ jiddependi fuq il-kapaċitajiet tal-parteċipanti fil-grupp.

Artikolu 26

Kriterji ta’ l-għoti

1.   Il-BĊE jista’ jispeċifika fl-avviż ta’ kuntratt jew l-istedina għal offerta huwiex fiħsiebu jagħti l-kuntratt lil min jagħmel l-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament jew lil dawk li joffru l-orħos prezz.

2.   Meta l-għotja ssir għall-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, il-BĊE għandu jispeċifika fl-avviż ta’ kuntratt jew fl-istedina għal offerta jew, f’każ ta’ djalogu kompetittiv, fit-talba għal proposta:

(a)

il-kriterji kwalitattivi li magħhom jiġu vvalutati l-offerti. Dawn il-kriterji għandhom jintrabtu mas-suġġett tal-kuntratt in kwistjoni u jistgħu jinkludu per eżempju l-kwalità, il-mertu tekniku, il-karatteristiċi tekniċi, l-ispejjeż ta’ kuljum, ta’ benefiċċju biżżejjed ipparagunat man-nefqa, is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, id-data tal-konsenja u l-perjodu tal-konsenja jew l-perjodu tat-tlestija; u

(b)

l-ippeżar relattiv li jagħti lil kull kriterju magħżul biex jiddetermina l-aktar offerta vantaġġuża ekonomikament. Dak l-ippeżar jista’ jitfisser billi tiġi pprovduta medda b’firxa massima xierqa.

Meta, fil-fehma tal-BĊE, l-ippeżar mhux possibbli għal raġunijiet li jistgħu jiġu ppruvati, għandu jindika l-kriterji f’ordni dejjem tonqos ta’ importanza.

Artikolu 27

Offerti baxxi b’mod anormali

1.   Il-BĊE jista’ jirrifjuta offerti li jidhru baxxi żżejjed fir-rigward ta’ l-oġġetti, ix-xogħlijiet jew is-servizzi offruti.

2.   Qabel ma jiġu rrifjutati dawn l-offerti, il-BĊE għandu jitlob bil-miktub id-dettalji ta’ l-elementi kostitwenti ta’ l-offerta li jikkonsidra rilevanti. Id-dettalji jistgħu jikkonċernaw b’mod partikolari:

(a)

l-ekonomija tal-proċess ta’ manifattura, ta’ għoti tas-servizzi jew tal-metodu kostruttiv; jew

(b)

is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew kull kundizzjoni favorevoli eċċezzjonali disponibbli għal min jagħmel l-offerta; jew

(ċ)

l-oriġinalità ta’ l-offerta; jew

(d)

il-konformità mad-dispożizzjoniiet dwar il-protezzjoni ta’ impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-seħħ fil-post fejn ser isir ix-xogħol, is-servizz jew il-provvista.

Il-BĊE għandu jivverifika dawk l-elementi kostitwenti billi jikkunsidra l-ispjegazzjonijiet u l-evidenza li tiġi rċevuta.

3.   Jekk min jagħmel l-offerta ikun irċieva l-għajnuna mill-Istat, il-BĊE jista’ jirrifjuta l-offerta fuq dik il-bażi biss sakemm min jagħmel l-offerta jkun jista’ jipprova, b’terminu fissat mill-BĊE, li l-għajnuna ngħatat legalment skond il-proċeduri u d-deċiżjonijiet speċifikati fir-regoli Komunitarji fuq l-għajnuna mogħtija mill-Istat.

Artikolu 28

Notifika tad-deċiżjonijiet dwar l-għażla u l-għoti

1.   Mill-aktar fis kemm jista’ jkun għall-BĊE huwa għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu bil-miktub lil kull kandidat jew lil kull min jagħmel offerta li l-applikazzjonijiet jew l-offerti tagħhom ġew miċħudin.

2   In-notifika għandha tinħareġ mill-anqas 15-il jum qabel il-firma tal-kuntratt mill-BĊE.

3.   Kandidati u min jagħmel offerta jistgħu sa 15-il jum minn meta tiġi rċevuta n-notifika jitolbu lill-BĊE biex jipprovdi r-raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ l-applikazzjoni jew l-offerta tagħhom. Dawk li ma jkollhomx suċċess fl-offerta tagħhom imma li l-offerta tagħhom kienet ammissibbli jistgħu jitolbu wkoll l-isem ta’ min ikun rebaħ l-offerta kif ukoll il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi ta’ l-offerta tiegħu.

4.   Iżda, il-BĊE jista’ jiddeċiedi li jżomm ċerta informazzjoni meta r-rilaxx ta’ din l-informazzjoni taffettwa l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ fornituri oħrajn, ittellef l-applikazzjoni tal-liġi jew tkun b’xi mod kontra l-interess pubbliku.

5.   Barra minn dan, il-BĊE għandu jippubblika avviż ta’ għoti fil-Ġurnal Uffiċjali fuq l-eżitu tal-proċedura ta’ l-akkwist. L-avviż għandu jintbagħat fi 48 jum wara l-firma tal-kuntratt.

KAPITOLU III

AKKWISTI TAĦT IL-LIMITI

Artikolu 29

Proċedura mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż

1.   Kuntratti li l-valur stmat totali tagħhom huwa taħt il-limiti speċifikati fl-Artikolu 4(3) u kuntratti ta’ servizz elenkati fl-Artikolu 6(2) għandhom jingħataw skond il-proċedura li ġejja.

2.   Jekk il-valur tal-kuntratt jaqbeż jew huwa sa EUR 50 000 għall-oġġetti u servizzi jew EUR 500 000 għal xogħlijiet il-BĊE għandu jistieden mill-anqas ħames fornituri xierqa, jekk ikun hemm, biex jibagħtu offerta fit-terminu stabbilit mill-BĊE.

Jekk il-valur tal-kuntratt jaqbeż jew huwa sa EUR 10 000 il-BĊE għandu jistieden mill-anqas tliet fornituri xierqa, jekk ikun hemm, biex jibagħtu offerta.

Fiż-żewġ każijiet, il-BĊE għandu jipprovdi lill-fornituri b’talba għal proposta li tispeċifika l-ħtiġijiet tal-BĊE u l-kriterji għall-għoti tal-kuntratt. Meta jistabbilixxi terminu biex jintbagħtu l-offerti l-BĊE għandu jikkunsidra l-kumplessità tal-kuntratt u l-ħin meħtieġ għat-tħejjija ta’ l-offerta.

3.   Il-BĊE għandu jagħżel l-fornituri mistiedna biex jipparteċipaw fil-proċedura għall-offerti jew fost kull min ġie ammess biex għamel offerta fis-sistema tax-xiri dinamika jew, meta ma jkunx hemm sistema bħal din, minn lista ta’ fornituri rreġistrati jew, meta m’hemmx lista bħal din, fuq il-bażi ta’ analiżi tas-suq xierqa. L-għażla minn qabel ta’ fornituri xierqa hija fid-diskrezzjoni tal-BĊE biss. Il-lista ta’ fornituri rreġistrati għandha tkun miftuħa għal kull fornitur interessat li jipprovdi t-tip ta’ provvisti, servizzi u xogħlijiet li għalihom tħejjiet il-lista. Il-BĊE għandu jirreklama regolarment b’mezzi xierqa l-possibbiltà li wieħed jirreġistra f’dawn il-listi.

4.   Alternattivament, il-BĊE jista’ jippubblika avviż ta’ kuntratt fuq il-websajt tiegħu jew juża medja oħra xierqa. F’dak il-każ it-talba għal proposta għandha tintbagħat lill-fornituri kollha li ddikjaraw l-interess tagħhom biex jipparteċipaw fit-terminu stabbilit mill-BĊE.

5.   L-offerti li jiġu rċevuti għandhom ikunu vvalutati skond il-kriterji stabbiliti fit-talba għal proposta. Wara l-valutazzjoni ta’ l-offerti bil-miktub, il-BĊE jista’ jidħol f’negozjati ma’ min ikun għamel offerta jekk dik il-possibbiltà tkun ġiet imħabbra fit-talba għal proposta. In-negozjati jistgħu jsiru bħala negozjati konsekuttivi skond l-ordni li fih qegħdin dawk li għamlu l-offerta jew bħala negozjati paralleli magħhom kollha.

6.   Il-BĊE għandu jagħti l-kuntratt lil dak li l-offerta tiegħu tissodisfa l-aħjar il-kriterji stabbiliti fit-talba għal proposta.

7.   Il-proċedura għandha ssir skond il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3. L-Artikoli 19, 20, 21, 24 u 27 għandhom japplikaw skond il-każ.

Artikolu 30

Notifika lil min jagħmel l-offerta u lista ta’ kuntratturi

1.   Wara d-deċiżjoni ta’ għoti, il-BĊE għandu jinforma bil-miktub lil kull min għamel l-offerta bl-eżitu tal-proċedura tas-sejħa għal offerti.

2.   Min għamel l-offerta għandu fi żmien 15-il jum minn meta jirċievi n-notifika jitlob lill-BĊE biex jipprovdi r-raġunijiet ewlenin għaliex l-offerta ġiet rifjutata. L-Artikolu 28(4) għandu japplika skond il-każ.

3.   Il-BĊE għandu jippubblika kull sena lista ta’ kuntratti b’valur ‘il fuq minn EUR 50 000 li ngħataw skond l-Artikolu 29 jew li għalihom saret eċċezzjoni skond l-Artikolu 6(1). Il-lista għandha tispeċifika l-isem tal-kuntratturi li ngħatawlhom kuntratti, is-suġġett u l-valur tal-kuntratti.

Artikolu 31

Għoti immedjat

Il-BĊE jista’ jagħti kuntratti fuq il-bażi ta’ offerta waħda jekk il-valur stmat tal-kuntratt huwa anqas minn EUR 10 000, nett mill-VAT, jew jekk saret eċċezzjoni skond Artikolu 6(1).

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 32

Tħassir tal-proċedura tas-sejħa għal offerti

1.   Il-BĊE jista’ jħassar proċedura ta’ sejħa għal offerti f’kull mument qabel ma jiġi ffirmat l-kuntratt mingħajr l-kandidati jew min jagħmel offerta ma jkunu intitolati jitolbu xi kumpens.

2.   Id-Deċiżjoni tal-BĊE biex tagħmel it-tħassir għandha tirrispetta l-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3.

3.   Il-BĊE għandu jissostanzja d-deċiżjoni u jġibha għall-attenzjoni tal-kandidati jew min jagħmel offerta.

Artikolu 33

Proċedura ta’ appell

1.   Fi proċeduri ta’ sejħiet pubbliċi għall-offerti taħt il-Kapitolu II, kandidati/min jagħmel offerta jistgħu jisfidaw bil-miktub id-deċiżjoni tal-BĊE ta’ rifjut ta’ l-applikazzjoni jew offerta tagħhom fi żmien 15-il jum minn meta jirċievu l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 28(3) jew, jekk ma tintalab l-ebda informazzjoni, fi żmien 15-il jum minn meta jirċievu n-notifika. L-appell għandu jinkludi l-informazzjoni kollha ta’ appoġġ u l-oġġezzjonijiet immotivati.

2.   L-appell għandu jiġi indirizzat mill-Korp ta’ Reviżjoni ta’ l-Akkwisti tal-BĊE (PRB). Jekk il-PRB jikkunsidra li d-deċiżjoni għar-rifjut ta’ l-applikazzjoni jew l-offerta ta’ l-appellant tikser din id-deċiżjoni jew il-prinċipji ġenerali tal-liġi ta’ l-akkwisti għandu jordna li jew l-proċedura ta’ sejħa għal offerti jew partijiet minnha tittenna jew jieħu deċiżjoni finali. Jekk le l-appell jiġi miċħud. Il-PRB għandu jinnotifika lill-appellant bil-miktub bid-deċiżjoni tiegħu sa xahar wara li jirċievi l-appell. Id-deċiżjoni għandha tkun immotivata.

3.   L-appell m’għandux ikollu effett ta’ sospensjoni. Jekk jara li jkun xieraq, il-PRB jista’ jissospendi l-proċedura ta’ akkwisti jew l-għoti tal-kuntratt.

Artikolu 34

Ġurisdizzjoni

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha ġurisdizzjoni esklużiva f’kull tilwima bejn il-BĊE u fornitur dwar din id-Deċiżjoni jew xi proċedura speċifika ta’ akkwist. Jekk hemm lok ta’ proċedura ta’ appell skond l-Artikolu 33 l-appellant għandu jistenna d-deċiżjoni tal-BĊE dwar l-appell qabel ma jressaq l-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. It-termini stabbiliti fit-Trattat għandhom jibdew jgħaddu minn meta tiġi rċevuta d-deċiżjoni ta’ appell.

Artikolu 35

Dħul fis-seħħ

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2007 u għandha tħassar u tissostitwixxi ċ-Ċirkolari Amministrattiva 05/2006 tas-27 ta’ Ġunju 2006 fuq akkwisti mill-BĊE.

2.   Il-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti li nbdew qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jintemmu skond ċ-Ċirkolari Amministrattiva 05/2006. Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni proċedura ta’ sejħa għal offerti titqies li bdiet fil-jum meta l-avviż ta’ kuntratt intbagħat lill-Ġurnal Uffiċjali jew, fil-każijiet meta dan l-avviż mhux meħtieġ, fil-jum meta l-BĊE stieden fornitur wieħed jew iżjed biex jibgħat offerta.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 3 ta’ Lulju 2007.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.

(2)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/97/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 107).

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2005, p. 1).

(4)  ĠU L 320, 21.10.2004, p. 21.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ l-individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


14.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 184/s3


AVVIŻ LIL QARREJ

Minħabba s-sitwazzjoni li nqalgħet wara t-tkabbir, xi edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali tas-27, 29 u tat-30 ta’ Diċembru 2006 ġew ippubblikati, b’mod issemplifikat, fil-lingwi uffiċjali ta’ dakinhar.

Ġie deċiż li jerġgħu jiġu ppubblikati l-Atti li jidhru f’dawn il-Ġurnali Uffiċjali, bħala corrigenda u bil-mod tradizzjonali tal-Ġurnal Uffiċjali.

Għal din ir-raġuni il-Ġurnali Uffiċjali li fihom dawn il-corrigenda ġew ippubblikati biss fil-verżjonijiet lingwistiċi ta’ qabel it-tkabbir. It-traduzzjonijiet ta’ l-Atti fil-lingwi ta’ l-Istati Membri l-ġodda se jiġu ppubblikati f’edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea li se jkun fiha testi ta’ l-Istituzzjonijiet u tal-Bank Ċentrali Ewropew adottati qabel l-1 ta’ Jannar 2007.

Hawn taħt issib lista tal-Ġurnali Uffiċjali ppubblikati fis-27, fid-29 u fit-30 ta’ Diċembru 2006 u l-corrigenda li jikkorrispondu għalihom.

ĠU tas-27 ta’ Diċembru 2006

ĠU koreġġuti (2007)

L 370

L 30

L 371

L 45

L 373

L 121

L 375

L 70


ĠU tad-29 ta’ Diċembru 2006

ĠU koreġġuti (2007)

L 387

L 34


ĠU tat-30 ta’ Diċembru 2006

ĠU koreġġuti (2007)

L 396

L 136

L 400

L 54

L 405

L 29

L 407

L 44

L 408

L 47

L 409

L 36

L 410

L 40

L 411

L 27

L 413

L 50