EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023X0417(10)

Dikjarazzjoni unilaterali mir-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal- 24 ta’ Marzu 2023 dwar il-mekkaniżmu ta’ kunsens demokratiku fl-Artikolu 18 tal-Qafas ta’ Windsor (Ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1 tal-2023.)

PUB/2023/429

ĠU L 102, 17.4.2023, p. 98–98 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/98


DIKJARAZZJONI UNILATERALI MIR-RENJU UNIT FIL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT MILL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

tal- 24 ta’ Marzu 2023

dwar il-mekkaniżmu ta’ kunsens demokratiku fl-Artikolu 18 tal-Qafas ta’ Windsor (1)

Ir-Renju Unit jinnota li s-soluzzjonijiet konġunti mħabbra f’Windsor huma maħsuba biex jikkostitwixxu sensiela ta’ miżuri prattiċi u sostenibbli biex jiġu indirizzati, b’mod definittiv, in-nuqqasijiet u s-sitwazzjonijiet mhux previsti li tfaċċaw minn meta daħal fis-seħħ il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (“il-Protokoll”).

Ir-Renju Unit jirrikonoxxi l-importanza li jiġi żgurat li dawn l-arranġamenti jkunu dejjem kapaċi jiksbu l-akbar appoġġ possibbli fil-komunità fl-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mar-responsabbiltà tiegħu li jirrispetta l-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira jew ta’ Belfast tal-10 ta’ April 1998, inklużi l-ftehimiet u l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni sussegwenti tiegħu, fil-partijiet kollha tiegħu – u fir-rigward tar-responsabbiltajiet speċifiċi tiegħu li jirrispetta l-identità, l-ethos u l-aspirazzjonijiet taż-żewġ komunitajiet. Il-mekkaniżmu ta’ kunsens demokratiku fl-Artikolu 18 tal-Qafas ta’ Windsor jipprovdi salvagwardja kontinwa u importanti f’dan ir-rigward, li flimkien magħha r-Renju Unit huwa impenjat li jikkummissjona rieżami indipendenti fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Unilaterali tiegħu dwar il-kunsens (2). Fi kwalunkwe ċirkostanza bħal din, kemm jekk wara l-ewwel eżerċizzju tal-mekkaniżmu ta’ kunsens demokratiku kif ukoll jekk wara, ir-Renju Unit jimpenja ruħu li jressaq ir-rakkomandazzjonijiet tar-rieżami qddiem il-Kumitat Konġunt, filwaqt li jirrikonoxxi r-responsabbiltà tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 164 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni ta’ interess relatata ma’ qasam kopert mill-Qafas ta’ Windsor, u li jfittex modi u metodi xierqa biex jipprevjeni problemi li jistgħu jinqalgħu f’oqsma koperti mill-Qafas ta’ Windsor.


(1)  Ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1 tal-2023.

(2)  Dikjarazzjoni mill-Gvern tal-Maestà Tagħha tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar l-operazzjoni tad-dispożizzjoni “Kunsens demokratiku fl-Irlanda ta’ Fuq” tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq.


Top