EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0152

Kawża C-152/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Marzu 2017 – Consorzio Italian Management e Catania Multiservizi SpA vs Rete Ferroviaria Italiana SpA

ĠU C 213, 3.7.2017, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Marzu 2017 – Consorzio Italian Management e Catania Multiservizi SpA vs Rete Ferroviaria Italiana SpA

(Kawża C-152/17)

(2017/C 213/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Consorzio Italian Management e Catania Multiservizi SpA

Konvenuta: Rete Ferroviaria Italiana SpA

Domandi preliminari

1)

Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali li teskludi r-reviżjoni tal-prezzijiet fil-kuntratti relatati mal-hekk imsejjħa setturi speċjali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dawk li s-suġġett tagħhom huwa differenti minn dawk imsemmija fl-istess direttiva, iżda li huwa marbut ma’ dawn tal-aħħar permezz ta’ rabta funzjonali, hija konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea (b’mod partikolari l-Artikoli 3(3) TUE, l-Artikoli 26, 56 sa 58 u 101 TFUE u l-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea) u mad-Direttiva 2004/17 (1)?

2)

Id-Direttiva 2004/17 (jekk jitqies li l-esklużjoni tar-reviżjoni tal-prezzijiet fil-kuntratti kollha konklużi u applikati fil-kuntest tal-hekk imsejjħa setturi speċjali tirriżulta direttament minnha), hija konformi mal-prinċipji tal-Unjoni Ewropea (b’mod partikolari mal-Artikolu 3(1) TUE, mal-Artikoli 26, 56 sa 58 u 101 TFUE u mal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea), “fid-dawl tan-natura inġusta u sproporzjonata, u tal-alterazzjoni tal-bilanċ kuntrattwali u, għaldaqstant tar-regoli ta’ suq effiċjenti”?


(1)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19)


Top