EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0752
Case C-752/18: Request for a preliminary ruling from the Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (Germany) lodged on 3 December 2018 — Deutsche Umwelthilfe e.V. v Freistaat Bayern
Kawża C-752/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2018 – Deutsche Umwelthilfe e.V. vs Freistaat Bayern
Kawża C-752/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2018 – Deutsche Umwelthilfe e.V. vs Freistaat Bayern
ĠU C 54, 11.2.2019, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 54/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2018 – Deutsche Umwelthilfe e.V. vs Freistaat Bayern
(Kawża C-752/18)
(2019/C 54/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bayerischer Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deutsche Umwelthilfe e.V.
Konvenut: Freistaat Bayern
Domandi preliminari
1) |
Ir-rekwiżit stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li jobbliga lill-Istati Membri jieħdu kull miżura xierqa sabiex jiżguraw li l-obbligi li joħorġu mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jitwettqu, |
2) |
Il-prinċipju tal-implimentazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni mill-Istati Membri, li huwa stabbilit, fost l-oħrajn, fl-Artikolu 197(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
3) |
Id-dritt għal rimedju effettiv iggarantit mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
4) |
l-obbligu impost fuq l-Istati Membri li jiżguraw rimedju legali effettiv fi kwistjonijiet ambjentali li jirriżultaw mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 9(4) tal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-Konvenzjoni ta’ Aarhus), |
5) |
l-obbligu impost fuq l-Istati Membri li jiżguraw rimedju legali effettiv fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni Ewropea, li huwa stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TFUE, |
għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti Ġermaniża hija intitolata, u possibbilment tista’ tkun meħtieġa, li timponi d-detenzjoni ta’ uffiċjali pubbliċi ta’ Land Federali Ġermaniż sabiex dan il-Land Federali jeżegwixxi l-obbligu tiegħu li jaġġorna l-pjan dwar il-kwalità tal-arja fis-sens tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU 2008, L 152, p. 1), b’ċertu kontenut minimu, jekk dan il-Land Federali jkun ġie kkundannat permezz ta’ deċiżjoni li tkun kisbet l-awtorità ta’ res judicata jwettaq aġġornament ta’ dan il-pjan b’dan il-kontenut minimu, u
— |
l-Land Federali għal numru ta’ drabi ġie mhedded bi u suġġett għal sanzjonijiet pekunjarji mingħajr suċċess, |
— |
t-theddid bi u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet pekunjarji ma kellhomx effett persważiv sinjifikattiv minkejja li ammonti ogħla minn qabel ġew mhedda u imposti, dan għaliex il-ħlas tas-sanzjonijiet ma jinvolvix telf għal-Land Federali li ġie kkundannat permezz ta’ deċiżjoni li tkun kisbet l-awtorità ta’ res judicata, iżda, f’dan ir-rigward, hemm biss trasferiment tal-ammont impost f’kull każ minn partita tal-baġit tal-Land għal partita oħra tal-baġit tal-Land, |
— |
l-Land Federali li ġie kkundannat permezz ta’ deċiżjoni li tkun kisbet l-awtorità ta’ res judicata ddikjara kemm fil-qorti kif ukoll fil-pubbliku, fi ħdan il-Parlament permezz tal-uffiċjali politiċi l-iktar għolja, li mhux se jwettaq l-obbligi imposti mill-qorti b’konnessjoni mal-pjan dwar il-kwalità tal-arja, |
— |
l-liġi nazzjonali tipprovdi bħala prinċipju d-detenzjoni għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, iżda l-ġurisprudenza tal-qorti kostituzzjonali nazzjonali tipprekludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni rilevanti għal każ tat-tip inkwistjoni, u |
— |
għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni hawnhekk, il-liġi nazzjonali ma tipprovdix mezzi ta’ infurzar li huma iktar effikaċi mit-theddid u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet pekunjarji iżda tipprovdi mezzi li huma inqas intrużivi minn detenzjoni, u rikors għal mezzi ta’ infurzar bħal dawn lanqas ma jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni? |