EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0375

Kawża C-375/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Ġunju 2021 – Sdruzhenie “Za Zemyata – dostap do pravosadie”, “Тhe Green Тank – grazhdansko sdruzhenie s nestopanska tsel” – Republika Gartsia, NS vs Izpalnitelen director na Izpalnitelna agentsia po okolna sreda, “TETS Maritsa iztok 2” EAD

ĠU C 401, 4.10.2021, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 401/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Ġunju 2021 – Sdruzhenie “Za Zemyata – dostap do pravosadie”, “Тhe Green Тank – grazhdansko sdruzhenie s nestopanska tsel” – Republika Gartsia, NS vs Izpalnitelen director na Izpalnitelna agentsia po okolna sreda, “TETS Maritsa iztok 2” EAD

(Kawża C-375/21)

(2021/C 401/02)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varchoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sdruzhenie “Za Zemyata – dostap do pravosadie”, “Тhe Green Тank – grazhdansko sdruzhenie s nestopanska tsel” – Republika Gartsia, NS

Konvenuti: Izpalnitelen director na Izpalnitelna agentsia po okolna sreda, “TETS Maritsa iztok 2” EAD

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(3) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1) u mal-Artikoli 13 u 23 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta tevalwa talba għal deroga taħt l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2010/75, l-awtorità kompetenti għandha, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni d-data xjentifika rilevanti kollha dwar it-tniġġis, inklużi l-miżuri previsti fil-pjanijiet rilevanti dwar il-kwalità tal-arja f’żona jew f’agglomerazzjoni partikolari skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50, tevalwa jekk l-għoti ta’ deroga jistax jipperikola l-osservanza tal-istandards marbuta mal-kwalità tal-ambjent?

2)

L-Artikolu 4(3) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2010/75 u mal-Artikoli 13 u 23 tad-Direttiva 2008/50, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta tevalwa talba għal deroga taħt l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2010/75, l-awtorità kompetenti għandha toqgħod lura milli tistabbilixxi valuri limitu għall-emissjonijiet li jkunu inqas stretti għall-inkwinanti minn installazzjoni, f’sitwazzjoni fejn tali deroga tkun tinsab f’kontradizzjoni mal-miżuri previsti fil-pjan rilevanti dwar il-kwalità tal-arja f’żona jew f’agglomerazzjoni partikolari skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50, u fejn tali deroga tkun tista’ tipperikola l-għan li l-perijodu li matulu jinqabżu l-valuri limitu marbuta mal-kwalità tal-arja jinżamm qasir kemm jista’ jkun?

3)

L-Artikolu 4(3) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2010/75 u mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta tevalwa talba għal deroga taħt l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2010/75, l-awtorità kompetenti għandha, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni d-data xjentifika rilevanti kollha dwar it-tniġġis, inkluż l-effett kumulattiv flimkien ma’ sorsi oħra tal-inkwinanti kkonċernati, tevalwa jekk l-istabbiliment ta’ valuri limitu għall-emissjonijiet li jkunu inqas stretti għall-inkwinanti tal-arja minn installazzjoni huwiex ser iwassal sabiex jinqabżu l-valuri limitu rilevanti marbuta mal-kwalità tal-arja, fis-sens tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50, f’żona jew f’agglomerazzjoni partikolari, u, jekk dan ikun il-każ, għandu jiġi evitat l-għoti ta’ deroga li tipperikola l-għan li jintlaħqu l-istandards marbuta mal-kwalità tal-ambjent?


(1)  ĠU 2010, L 334, p. 17 u rettifika fil-ĠU 2012, L 158, p. 25.

(2)  ĠU 2008, L 152, p. 1.


Top