EUR-Lex El acceso al Derecho de la Unión Europea

Volver a la página principal de EUR-Lex

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 62021CN0720

Kawża C-720/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-26 ta’ Novembru 2021 – Rzecznik Praw Obywatelskich

ĠU C 128, 21.3.2022, p. 5/6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 128, 21.3.2022, p. 3/3 (GA)

21.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-26 ta’ Novembru 2021 – Rzecznik Praw Obywatelskich

(Kawża C-720/21)

(2022/C 128/07)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Rzecznik Praw Obywatelskich

Partijiet oħra fil-proċedura: M. M., E. M., X Bank Spółka Akcyjna

Domandi preliminari

1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jirrendu ammissibbli rimedju ġudizzjarju bħalma huwa “skarga nadzwyczajna” (appell straordinarju), li huwa intiż sabiex jannulla deċiżjoni definittiva ta’ qorti, fejn ikun hemm bżonn li “tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju ta’ Stat tad-dritt demokratiku li jimplimenta l-prinċipji ta’ ġustizzja soċjali” jekk l-użu ta’ tali rimedju jkun neċessarju sabiex tiġi żgurata l-effettività tad-dritt tal-Unjoni?

2)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li f’sitwazzjoni fejn dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali jkunu jippermettu l-emenda jew l-annullament ta’ deċiżjoni definittiva ta’ qorti, permezz tal-użu ta’ rimedju bħall-appell straordinarju, fil-każ ta’ ksur ta’ prinċipji stabbiliti fil-Kostituzzjoni ta’ Stat Membru, dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jservu ta’ bażi għal annullament jew għal emenda ta’ deċiżjoni definittiva ta’ qorti anki fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni?

3)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li f’sitwazzjoni fejn qorti nazzjonali tkun kisret id-dritt tal-Unjoni b’mod li jwassal għal soluzzjoni, mill-perspettiva ta’ dak id-dritt, ivvizzjata tal-kawża, id-deċiżjoni definittiva tal-qorti tista’ tiġi annullata jew emendata permezz tal-applikazzjoni ta’ rimedju ġudizzjarju bħall-ilment straordinarju, liema rimedju jirrendi tali deċiżjoni dipendenti fuq ksur “flagranti” tad-dritt?


Arriba