EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOC_2016_202_R_0003

Avviż lill-qarrej

ĠU C 202, 7.6.2016, p. s2–s2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/s2


AVVIŻ LILL-QARREJ

Din il-pubblikazzjoni fiha l-verżjonijiet konsolidati tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll il-Protokolli u l-Annessi tagħhom hekk kif jirriżultaw wara l-modifiki li saru permezz tat-Trattat ta' Lisbona li ġie ffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007 f'Lisbona u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009. Din il-pubblikazzjoni fiha wkoll id-Dikjarazzjonijiet annessi mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta' Lisbona.

Barra minn hekk, din il-pubblikazzjoni fiha l-emenda introdotta permezz tal-Protokoll li jemenda l-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-emenda introdotta permezz tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 741/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Awwissu 2012 li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Anness I tiegħu, kif ukoll l-emendi introdotti permezz tad-Deċiżjonijiet 2010/718/UE u 2012/419/UE tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ Ottubru 2010 u tal-11 ta’ Lulju 2012 li jemendaw rispettivament l-istatus fir-rigward tal-Unjoni Ewropea tal-gżira ta’ Saint-Barthélemy u tal-Majott. Addizzjonalment, din il-pubblikazzjoni tinkorpora ż-żieda tal-paragrafu 3 fl-Artikolu 136 tat-TFUE, introdott permezz tad-Deċiżjoni 2011/199/UE tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2011 li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ mekkaniżmu ta’ stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, bħala konsegwenza tat-tlestija tal-proċeduri ta' ratifika mill-Istati Membri. Din il-pubblikazzjoni fiha wkoll l-emendi introdotti permezz tal-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja. Din il-pubblikazzjoni fiha wkoll l-emendi introdotti permezz tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Din il-pubblikazzjoni tinkorpora wkoll ir-rettifiki li ġew adottati sal-aħħar ta' Marzu 2016.

Din il-pubblikazzjoni tinkludi wkoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, proklamata fi Strasburgu fit-12 ta’ Diċembru 2007 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni (ĠU C 303, 14.12.2007, p. 1). Dan it-test jirriproduċi, b’adattamenti, il-Karta proklamata fis-7 ta’ Diċembru 2000, u jissostitwixxiha mill-1 ta’ Diċembru 2009, id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Bis-saħħa tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Karta proklamata fl-2007 għandha l-istess valur legali bħat-Trattati.

Din il-pubblikazzjoni tikkostitwixxi strument ta' dokumentazzjoni li għalih l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ma jassumu l-ebda responsabbiltà.


Top